Mogħdija tan-navigazzjoni

Nagħmlu iktar bir-riżorsi skarsi/Nużaw aħjar ir-riżorsi skarsi - 26/01/2011

Operazzjoni f'foresta bi trakk jitfa' l-injam fi skip © EU

Il-viżjoni tal-UE għall-użu intelliġenti tar-riżorsi naturali, il-ħarsien tal-ambjent u l-istimolu għat-tkabbir ekonomiku.

Pjan DeutschEnglishfrançais għal użu iktar effiċjenti tar-riżorsi naturali tad-Dinja se jikkontribwixxi għall-għanijiet komuni tal-UE dwar it-tibdil fil-klima, l-enerġija, it-trasport, il-materja prima, l-agrikoltura, is-sajd, il-bijodiversità u l-iżvilupp reġjonali.

Il-pjan jagħmel parti mill-istrateġija Ewropa 2020 English , l-istrateġija tal-UE għat-tkabbir ekonomiku sostenibbli u l-impjiegi. Minbarra li għandna nħarsu riżorsi bażiċi bħall-arja nadifa, l-ilma, l-art, il-foresti u l-ikel, l-UE tixtieq tippromwovi l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ tal-minerali u l-metalli, essenzjali għal ekonomija moderna.

Dan għandu jgħin jistimola l-effiċjenza, il-produttivittà u l-kompetittività. Il-kumpaniji li jużaw b'mod effiċjenti l-materja prima, l-ilma u inputs oħra tal-manifattura għall-prodotti tagħhom ikunu jistgħu jnaqqsu l-ispejjeż, u b'hekk isiru iktar kompetittivi.

Xi industriji diġà qed jinnovaw u jaħsdu l-frott. Pereżempju, il-produtturi taċ-ċiment qed jibdew jużaw karburanti alternattivi, materja prima u skart riċiklat biex inaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2, l-ispejjeż tal-enerġija u l-iskart.

Fl-Ungerija, 56 kumpanija introduċew innovazzjonijiet ekoloġiċi li bihom iffrankaw €59 miljun. Fl-Olanda, kumpanija tal-kimiċi li kienet qed tikkonsma 9.9m litri ilma kuljum bdiet tuża d-drenaġġ tad-djar, biex issa qed tiffranka 65% tal-enerġija li kienet taħli u qed tuża 500 tunnellata inqas kimiċi fis-sena. Naqqset ukoll l-emissjonijiet tal-gass b'effett serra b'5,000 tunnellata.

It-tħeġġiġ biex ir-riżorsi jintużaw b'mod effiċjenti se jkun bażi tal-miżuri li l-UE qed tippjana għal ekonomija b'livell baxx tal-karbonju, l-effiċjenza tal-enerġija, it-trasport, l-agrikoltura, is-sajd u l-bijodiversità.

Dawn l-isforzi għandhom jinkuraġġixxu l-innovazzjoni u t-tnaqqis tad-dipendenza tal-UE fuq l-importazzjonijiet.

L-UE se tipproponi wkoll azzjoni għas-swieq tal-prodotti bażiċi u għandha l-għan li tiżgura provvista sigura tal-materja prima.

Dawn il-miżuri huma essenzjali għall-benessri ekonomiku tal-UE hekk kif iċ-Ċina, l-Indja u pajjiżi oħra qed jiżviluppaw l-ekonomiji tagħhom, iżidu l-kompettività globali għar-riżorsi skarsi u jogħllu l-prezzijiet.

Is-setturi tal-kostruzzjoni, tal-kimiċi, tal-karozzi, tal-ispazju, tal-makkinarju u t-tagħmir, li jimpjegaw 30m persuna, ilkoll jiddependu minn aċċess għall-materja prima.

Aktar tagħrif dwar Ewropa effiċjenti fir-riżorsi English

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli