Mogħdija tan-navigazzjoni

Standards għoljin ta' sikurezza għall-ġestjoni tal-iskart nukleari - 03/11/2010

Impjant tal-enerġija nukleari fil-kampanja © iStock/RelaxFoto.de

Ikkunsidrati regoli komuni tal-UE għar-rimi finali tal-fjuwil użat mill-impjanti tal-enerġija nukleari.

L-impjanti tal-enerġija nukleari jiġġeneraw terz tal-elettriku użat fl-UE - u madwar 7 000 metru kubu ta' skart radjuattiv fis-sena.

Bħalissa, dan l-iskart tal-fjuwil nukleari qed jinħażen ftit metri taħt l-art. Iżda din hija miżuri għal żmien qasir biex jiksaħ xi ftit u jitlef ftit mir-radjuattività.

Billi l-iskart radjuattiv jibqa' perikuluż anke sa miljun sena, l-iktar soluzzjoni sikura għal żmien twil hija li jintrema fil-fond taħt l-art, fejn inqas għandu ċans li jiġi effettwat minn inċidenti, nirien jew terrimoti.

Il-leġiżlazzjoni tal-UE dwar is-sikurezza se tgħin biex tnaqqas it-tħassib tal-pubbliku dwar is-settur, li ġie ukoll wara l-esperjenza tad-diżastru tal-impjant ta' Chernobyl fl-1986. Stħarriġ riċenti tal-UE dwar is-sikurezza nukleari English sab li 82% jaħsbu li jkun utli jekk isiru liġijiet tal-UE biex jirregolaw il-ġestjoni tal-iskart nukleari.

Sett ta' standards komuni tal-UE dwar is-sikurezza English għall-ġestjoni tal-iskart radjuattiv u għall-imħażen fil-fond taħt l-art għandhom l-għan li jressqu l-pajjii tal-UE lejn soluzzjoni għal żmien twil. L-istandards se japplikaw ukoll għall-iskart radjuattiv iġġenerat mis-settur mediku, industrijali u tar-riċerka.

L-istandards ta' sikurezza tal-Aġenzija tal-Enerġija Atomika Internazzjonali se jsiru jorbtu legalment għall-gvernijiet kollha tal-UE. Il-pajjizi jkollhom jippubblikaw il-pjanijiet għall-imħazen u l-Kummissjoni tkun tista' titlob tibdil fil-pjanijiet jekk dawn ma jilħqux l-istandards.

Awtorità indipendenti se tagħti liċenzji biex jinbnew l-imħazen u għall-ġestjoni tagħhom kif ukoll tivverifika s-sikurezza tagħhom. Se jkunu permessi ftehimiet bejn pajjiżi differenti tal-UE biex jimmaniġjaw mħażen flimkien, iżda se tkun projbita l-esportazzjoni tal-iskart lejn pajjiżi barra mill-UE.

Il-pubbliku għandu jkun infurmat dwar pjanijiet biex jinbnew imħażen ta' skart radjuattiv u jkun jista' jagħti l-opinjoni tiegħu dwar fejn dawn għandhom isiru.

Illum hawn total ta' 144 impjant tal-enerġija nukleari li qed joperaw f'14-il-pajjiz tal-UE. Il-Finlandja, l-Isvezja u Franza qed jippjanaw li jibnu l-ewwel imħażen tal-UE fi żmien 15-il sena.

Iktar dwar il-ġestjoni tal-iskart radjuattiv English
Iktar dwar is-sikurezza nukleari English

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli