Mogħdija tan-navigazzjoni

Regoli stretti għall-pjattaformi taż-żejt fuq il-baħar - 13/10/2010

Pjattaforma għat-tħaffir taż-żejt fuq il-baħar © EU

Is-sikurezza mhux negozjabbli. L-UE tinħtieġ leġiżlazzjoni komuni għall-pjattaformi taż-żejt u tal-gass fuq il-baħar, li tnaqqas ir-riskju ta' diżastru ambjentali fl-ibħra Ewropej.

Wara l-isplużjoni katastrofika ta' rigg għat-tħaffir taż-żejt fl-Istati Uniti fil-Golf tal-Messiku kmieni din is-sena, il-Kummissjoni tat daqqa t'għajn iebsa lejn l-istandards tas-sikurezza u tal-ambjent tal-UE għall-industrija taż-żejt.

Hi sabet li l-istandards tas-sikurezza huma ġeneralment għoljin, għalkemm hemm tliet lakuni fil-leġiżlazzjoni, l-aktar minħabba l-istandards differenti bejn il-pajjiżi. Ir-regoli ta' spiss ivarjaw minn kumpanija għall-kumpanija.

Minħabba dawn in-nuqqasijiet, l-introduzzjoni ta' regoli komuni fl-UE kollha għandha tgħin fil-prevenzjoni ta' tixrid ta' żejt fil-baħar, u tipproteġi n-nies u l-ambjent. U jekk aċċident iseħħ verament, ir-regoli għandhom jiżguraw li l-kumpaniji responsabbli jimmaniġġjaw is-sitwazzjoni u jagħmlu tajjeb għat-tindif.

Ir-regoli l-ġodda għandhom itejbu l-istandards għall-ogħla livell possibbli, billi jinħtieġu:

  • li l-kumpaniji li jitolbu permessi għat-tħaffir ikollhom pjanijiet ta' reazzjoni f'każ li jseħħ tixrid ta' żejt. Dawn ikunu jridu jipprovaw li għandhom il-mezzi biex iħallsu għat-tindif u għall-ħsara ambjentali.
  • li n-nuqqasijiet tal-awtoritajiet nazzjonali fl-ispezzjonijiet ta' sikurezza jkunu valutati minn esperti indipendenti.
  • it-tagħmir għall-pjattaformi taż-żejt u għar-riggijiet tat-tħaffir fuq il-baħar, b'mod partikulari antiżbroffaturi kontra ħruġ mhux mistenni ta' żejt jew gass.
  • li l-kumpaniji jnaddfu u jħallsu għall-ħsara ambjentali li ssir fl-ilma u lill-ħajja fil-baħar sa 200 mil (322 kilometru) mill-kosta. Il-limitu attwali hu ta' 12-il mil (19-il km).

L-UE se tinnegozja wkoll ma' pajjiżi ġirien biex jiġu stabbiliti standards simili għall-kumpaniji ta' tħaffir taż-żejt u l-estrazzjoni.

In-nies li jgħixu mal-kosta għandhom jibbenefikaw minn protezzjoni akbar għall-għajxien u l-ambjent tagħhom. U regoli u standards komuni tal-UE għandhom jgħinu lill-industrija taż-żejt - il-kumpaniji ma għandhomx għalfejn ikollhom x'jaqsmu ma' settijiet differenti ta' standards li jiddependu minfejn ikunu qed iħaffru.

Il-leġiżlazzjoni maħsuba li tkun proposta fil-bidu tal-2011.

Aktar dwar il-politiki tal-UE dwar iż-żejt English

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli