Mogħdija tan-navigazzjoni

Enerġija sostenibbli għall-Ewropa - 22/03/2010

Għall-okkażjoni tal-Ġimgħa Ewropea tal-Enerġija Sostenibbli 2010, il-Kummissarju Ewropew il-ġdid responsabbli għall-enerġija se jippreżenta l-istrateġija tiegħu li għandha l-għan li l-Ewropa tkun anqas dipendenti fuq fjuwils fossili.

Il-Kummissarju Günther Oettinger poġġa l-promozzjoni tal-użu effiċjenti tal-enerġija u tal-enerġiji rinnovabbli bħala waħda mill-prijoritajiet prinċipali tal-mandat tiegħu. Hu se jippreżenta l-istrateġija tiegħu f'diskors li jinawgura l-Ġimgħa tal-Enerġija Sostenibbli.

Ta' kull sena, dan l-avveniment hu l-punt finali tal-kampanja "Enerġija Sostenibbli għall-Ewropa", li għandha l-għan li tippromwovi l-produzzjoni u l-konsum ta' sorsi ta' enerġija sostenibbli fost iċ-ċittadini, l-intrapriżi u l-awtoritajiet pubbliċi.

Il-Ġimgħa tal-Enerġija Sostenibbli tikkostitwixxi l-akbar forum Ewropew dwar il-ġejjieni tal-enerġija sostenibbli. Hi tippermetti lill-atturi tas-suq biex jiltaqgħu, jiskopru l-inizjattivi l-ġodda u jistimulaw l-investiment favur tekonoloġiji li ma jniġġsux.

Il-proposti tal-Kummissjoni għandhom iħeġġu d-dibattiti u l-konferenzi li se jsiru fi Brussell mit-22 sas-26 ta' Marzu. Mal-Ewropa kollha, 267 "Jum ta' Enerġija" għandhom jipproponu bosta attivitajiet. F'Nikosija, iż-żgħażagħ qed ikunu mistiedna jipparteċipaw f'kompetizzjoni ta' tpinġija u ta' powsters dwar is-suġġett. F'Barċellona, kumpanija tat-teatru se tippreżenta rappreżentazzjoni teatrali maħsuba biex tissensibilizza lit-tfal dwar l-importanza li jonqos il-konsum tal-enerġija.

Din is-sena, it-temi ċentrali tal-ġimgħa huma t-trasport fl-ibliet u l-iżvilupp ta' "netwerks intelliġenti", fi kliem ieħor ta' netwerks ta' distribuzzjoni ta' elettriku "intelliġenti", li jirrikorru għall-teknoloġiji ġodda biex jitnaqqas l-impatt ambjentali.

Mument ieħor important tal-Ġimgħa: l-għoti tal-Premjijiet Ewropej tal-Enerġija Sostenibbli English, li jippremjaw il-proġetti l-aktar ambizzjużi u innovattivi f'dan il-qasam.

L-enerġija sostenibbli tinsab fil-qalba tal-istrateġija ekonomika fit-tul tal-UE u tal-azzjoni tagħha kontra t-tibdil fil-klima. L-Unjoni ffissat tliet għanijiet minn issa sal-2020: it-tnaqqis b'20 % tal-emissjonijiet ta' gass b'effett ta' serra, it-titjib ta' 20 % tal-użu effiċjenti tal-enerġija u li l-parti tal-enerġiji rinnovabbli fil-konsum tal-enerġija tagħna tkun ta' 20 %.

Ġimgħa Ewropea tal-Enerġija Sostenibbli English

Kampanja Enerġija Sostenibbli għall-Ewropa

Azzjonijiet tal-UE kontra t-tibdil fil-klima

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli