Mogħdija tan-navigazzjoni

l-akbar pakkett tal-għotjiet għall-enerġija li qatt kellha L-UE - 04/03/2010

Id qed iddaħħal plakka tad-dawl © EC

€2.3 biljuni għandhom jinqasmu bejn 43 proġett tal-gass u l-elettriku, l-akbar ammont li qatt nefqet l-UE fuq l-infrastruttura tal-enerġija f'pakkett wieħed.

Il-linji tal-pajpijiet tal-gass jammontaw għal 31 proġett u jinkudu l-proġett Nabucco li jgħaddi mir-reġjun tal-Baħar Kaspju lejn l-Awstrija minn ġot-Turkija u l-proġett Galsi mill-Alġerija sal-Italja minn Sardinja. Tnax-il proġett ieħor jinvolvi l-aġġornament ta' konnessjonijiet bejn netwerks tal-enerġija biex jgħaqqad pajjiżi mtarrfin bħall-Irlanda, Malta, il-Litwanja, il-Latvja u l-Estonja ma' netwerk aktar wiesgħa ta' enerġija.

Il-pakkett juża li fadal mit-€3.98 biljuni li l-UE kienet warrbet waqt ir-reċessjoni biex tagħti spinta lill-ekonomija. Il-proġetti mistennija joħolqu impjiegi u jgħinu lin-negozji ż-żgħar isalvaw fi żminijiet ħorox, speċjalment dawk fil-bini u s-servizzi. Bil-tqegħid ta' għotja inizjali, il-kontribut tal-UE jista' jwassal sa €22 biljun f'investiment privat.

Barra minn hekk, għandhom jiddiversifikaw l-importazzjonijiet tal-gass u jtejbu l-mogħdija tal-enerġija bejn il-fruntieri Ewropej, skont Günther Oettinger, il-Kummissarju l-ġdid tal-enerġija.

Huwa qal li "il-Kummissjoni qatt ma ftiehmet dwar ammont daqshekk importanti għall-proġetti tal-enerġija," u żied li l-finanzjament għandu jżomm l-investimenti tal-enerġija ħajjin waqt żminijiet iebsin.

"L-għanijiet Ewropej għall-enerġija u l-klima jirrekjedu investimenti ta' infrastruttura kbar u kuraġġużi b'rendiment fit-tul. Il-problema hi li fil-klima ekonomika tal-lum il-ġurnata, jista' jkun hemm dewmien f'dan it-tip ta' proġetti."

L-ewwel faxx ta' għotjiet ġie mħabbar f'Diċembru. Dan kien ta' €1.5 biljun u mar għal 9 ċentri fil-baħar għall-enerġija tar-riħ u 6 proġetti biex jindifen karbonju li jaffettwa l-klima.

'Il fuq minn 50% tal-enerġija tal-UE tiġi minn pajjiżi li mumhiex fl-unjoni. Il-parti l-kbira tiġi mir-Russja li, minħabba diżgwit mal-Ukraina u pajjiżi oħra ta' tranżitu, interrompit il-forniment tal-gass fi snin reċenti.

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli