Mogħdija tan-navigazzjoni

Il-finanzjament tal-ġejjieni b'karbonju baxx - 08/10/2009

Tagħmir tal-enerġija mix-xemx fir-raħal ta' Llaberia fi Spanja © EC

L-enerġija tax-xemx u l-qbid u l-ħażna tal-karbonju mistennija jkollhom l-akbar sehem tal-finanzjament għat-teknoloġija.

L-Ewropa teħtieġ li tonfoq €50bn oħra fuq l-iżvilupp ta' enerġija nadifa matul l-għaxar snin li ġejjin, kważi t-tripplu ta' dak li qed tinvesti bħalissa, skont l-aktar stima reċenti tal-UE.

Fi pjan dwar l-allokazzjoni tal-flus English , il-kummissjoni qed tirrakkomanda €16-il biljun għall-enerġija tax-xemx fuq l-10 snin li ġejjin, €13-il biljun għall-qbid u l-ħażna tal-karbonju, €7 biljuni għall-enerġija nukleari u €6 biljuni għall-enerġija mir-riħ.

L-ispinta fl-investiment għat-teknoloġija tal-enerġija nadifa tħaffef it-tranżizzjoni lejn ekonomija b'karbonju baxx - pass essenzjali fit-tnaqqis tal-gassijiet b'effett serra u r-riduzzjoni tad-dependenza tagħna fuq importazzjonijiet taż-żejt u l-gass, skont il-pjan.

Filwaqt li €50 biljun jistgħu jidhru qishom wisq bl-ekonomija li bilkemm għadha ħarġet mir-reċessjoni, esperti jaqblu li dan l-investiment kbir għandu jħalli l-frott. Is-suq tat-teknoloġija qed jikber f'daqqa u joffri l-prospett għal qligħ enormi u miljuni ta' impjiegi għall-pajjiżi li jieħdu r-riedni minn issa.

"Iż-żieda ta' investiment għaqli fir-riċerka tal-lum hija opportunità biex niżviluppaw sorsi ġodda ta' tkabbir, biex nagħmlu l-ekonomija aktar ambjentali u niżguraw il-kompetittività tal-UE meta noħorġu mill-kriżi" qal Janez Potočnik, il-Kummissarju għax-xjenza u r-riċerka.

Il-pjan jenfasizza l-impenn tal-UE biex tiġġieled il-bidla klimatika qabel il-konferenza tan-NU f'Kopenħagen f'Diċembru. L-għan tal-laqgħa hu li joħroġ impenn internazzjonali ġdid aktar ambizzjuż biex jitrażżan it-tisħin dinji. It-Trattat attwali, il-Protokol ta' Kjoto, jiskadi fl-aħħar tal-2012.

Attwalment l-UE qed tonfoq madwar €3 biljuni fis-sena fir-riċerka u l-iżvilupp ta' enerġija nadifa. Il-pjan jitlob għal €8 biljun fis-sena - jiġifieri €50 biljun aktar tul l-għaxar snin li ġejjin. Il-flus għandhom jiġu minn sorsi varji - l-industrija, banek, investituri privati, gvern. Il-pjan hu li jintgħażlu xi żewġ tużżani bliet Ewropej biex jippruvaw it-tekonolġiji nodfa.

Il-fjuwils fossili bħaż-żejt, il-gass u l-faħam jammontaw għal 80% tal-provvista tal-enerġija attwali tal-UE. Aktar minn 50% tal-enerġija tal-UE tiġi minn pajjiżi barra l-Unjoni.

Aktar dwar il-pjan ta' enerġija tal-UE English

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli