Mogħdija tan-navigazzjoni

Daqshekk bozoz tradizzjonali - 01/09/2009

Bozza li tiffranka l-enerġija © EC

L-UE se tirtira l-bozoz tradizzjonali fuq it-tliet snin li ġejjin favur ġenerazzjoni ġdida ta' bozoz effiċjenti fl-enerġija.

Taħt ir-regoli ġodda li se jidħlu fis-seħħ f'Settembru, il-produtturi u l-importaturi mhux se jkunu jistgħu jbiegħu iktar bozoz inkandexxenti ta' 100 wott jew iktar fl-UE. Madankollu, il-ħwienet jistgħu jkomplu jbiegħu l-bozoz li għad għandhom fl-istokk.

Parti minn sforz biex niffrankaw l-enerġija u niġġieldu t-tibdil fil-klima, il-projbizzjoni se titwessa' f'Settembru 2011 u 2012 biex tinkludi l-bozoz inkandexxenti b'ammont inqas ta' enerġija. Il-bozoz imtappna (frosted) u bozoz tal-aloġenu li jaħlu ħafna enerġija qed jitneħħew bil-mod ukoll.

Sal-2020 il-miżuri se jiffrankaw biżżejjed enerġija għal 11 miljun dar kull sena. Dan għandu jnaqqas l-emissjonijiet tad-dijossidu tal-karbonju bi 15 miljun tunnellata fis-sena.

Introdotti 130 sena ilu, il-bozoz inkandexxenti konvenzjonali jbiddlu biss madwar 5-10% tal-enerġija li jużaw f'dawl; il-bqija tinħela fi sħana. Jaħlu ferm iktar minn tagħmir iktar riċenti bħall-flworexxenti kompatti u l-aloġeni jew prodotti emerġenti bħad-dajowds li jdawlu.

Il-bozoz l-iktar effiċjenti li bħalissa jinsabu fis-suq Ewropew huma l-bozoz flworexxenti li jużaw 65-80% inqas enerġija mill-bozoz inkandexxenti. Iżda ħafna konsumaturi qagħdu lura milli jibdew jużawhom minħabba li jqumu iktar flus, l-impatt fuq is-saħħa u d-dehra tagħhom.

Il-bozoz flworexxenti jqumu iktar flus fil-bidu iżda fuq tul ta' żmien huma irħas, minħabba li jaħlu inqas u għandhom ħajja ħafna itwal. L-UE tqis li dar tista' tiffranka tal-anqas €50 fuq il-kontijiet tal-elettriku kull sena billi tibda tuża l-bozoz effiċjenti fl-enerġija.

Il-Kummissarju għall-Enerġija Andris Piebalgs għandu fiduċja li eventwalment il-konsumaturi se jikkonvinċu ruħhom. "Xi kultant idea tajba ddum ma tindera", kiteb reċentament fi blog English. Jipprevedi li l-projbizzjoni se tqanqal iktar titjib fil-qasam tad-dawl.

Biex tgħin fit-tranżizzjoni, il-Kummissjoni tispjega t-tibdiliet fi 22 lingwa fuq is-sit web English tagħha.

Ir-regolament ikopri biss id-dawl mhux direzzjonali (bozoz li jitfgħu dawl fid-direzzjonijiet kollha). Leġiżlazzjoni simili intiża għal-lampi direzzjonali bħal spotlights mistennija tiġi adottata fl-2010.

Agħmel il-bidla English

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli