Mogħdija tan-navigazzjoni

Ningranaw għall-emerġenzi tal-gass - 16/07/2009

Pajpijiet tat-tisħin fir-Rumanija © EC

Proposti għat-trasparenza u s-sorveljanza għandhom iżommu l-gass dieħel fl-UE

Fil-biċċa l-kbira tal-partijiet tal-UE, nassumu li dejjem se jkun hemm il-gass. Allura kien hemm paniku ġenerali meta ntfew id-dwal u r-radjaturi kesħu f'bosta pajjiżi tal-Ewropa tal-Lvant u Ċentrali f'Jannar 2009. Dan il-qtugħ kien ikkawżat mill-interruzzjoni fil-provvista tal-gass Russu lejn l-UE mill-Ukrajna, u mbagħad minħabba t-tilwima kuntrattwali bejn ir-Russja u l-Ukrajna dwar id-djun u l-prezzijiet.

Kwart tal-enerġija kollha li tintuża fl-UE - inkluż 20% tal-elettriku - tiġi ġġenerata mill-gass. 60% mill-gass huwa importat. Xi pajjiżi, bħall-Bulgarija, jimportaw il-gass tagħhom kollu u għalhekk huma partikolarment vulnerabbli għal interruzzjonijiet fil-provvista.

Il-Kummissjoni Ewropea qed tipprova tagħti spinta lill-kapaċità tal-UE biex taġixxi meta jkun hemm nuqqasijiet tal-gass. Proposta ġdida tordna aktar investiment trasparenti fl-infrastruttura tal-enerġija sabiex l-UE tkun tista' tara jekk il-proġetti ppjanati jistgħux ileħħqu mad-domanda futura.

Barra minn hekk, kull pajjiż ikollu jaħtar awtorità responsabbli għas-sorveljanza tal-iżviluppi fil-provvista tal-gass, l-evalwar tar-riskji u l-organizzazzjoni ta' azzjoni preventiva u pjanijiet ta' emerġenza. Meta jkun neċessarju, l-aġenzija tordna li jiġi maħżun aktar gass biex jitnaqqas ir-riskju ta' qtugħ fl-enerġija.

Il-proposta trid li l-pajjiżi kollha tal-UE jaħdmu flimkien jekk ikun hemm xi interruzzjoni serja fil-provvista minn barra l-UE. Il-pipelines jistgħu jitħaddmu b'lura biex il-gass imur fejn huwa l-aktar meħtieġ, u aktar konnessjonijiet bejn il-grids ta' enerġija nazzjonali jipprevjenu pajjiżi individwali milli jiġu iżolati. L-investimenti meħtieġa jsiru fil-kuntest tal-pjan Ewropew ta' rkupru ekonomiku.

L-UE qiegħda wkoll tiddiversifika l-fornituri tal-gass. L-UE dan l-aħħar iffirmat ftehim dwar il-kostruzzjoni tan-Nabucco pipeline li għandu jipprovdi l-Unjoni b'gass mill-Asja ċentrali li jgħaddi mit-Turkija.

Provvisti żguri ta' gass naturali għall-UE

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli