Mogħdija tan-navigazzjoni

Enerġija għall-ġejjieni - 04/02/2009

Panelli solari maġemb triq ©Reporters

Niftħu front ġdid fil-ġlieda kontra l-bidla fil-klima, il-bliet madwar l-Ewropa jwegħdu tnaqqis aktar qawwi fl-emissjonijiet.

F'ċerimonja fi Brussell nhar l-10 ta' Frar, madwar 300 belt se jwegħdu li jmorru 'l hinn mill-mira tal-UE ta' tnaqqis ta' 20% fl-emissjonijiet tas-CO2 sas-sena 2020. Dawn jinkludu bliet kbar bħal Bielsko-Biała, Budapest, Ħamburg, Liżbona, Madrid, Riga u Żagreb.

Il-patt tas-sindki English se jseħħ waqt il-konferenza annwali tal-Ewropa dwar l-enerġija sostenibbli, li hija l-vetrina fejn jintwerew ix-xejriet il-ġodda fit-teknoloġija msejsa fuq emissjonijiet baxxi tal-karbonju u l-enerġija rinovabbli. Il-konferenza, li hija l-akbar avveniment fost dawk li qed jittellgħu fi 52 belt Ewropea matul il-ġimgħa ddedikata lill-enerġija sostenibbli English (9-13 ta' Frar), se tkun tinkludi wkoll ċerimonja ta' premjazzjoni għall-aktar proġetti innovattivi.

Xi bliet diġà jinsabu fi triqthom biex jilħqu l-mira ta' 20%. Il-belt Ġermaniża ta' Heidelberg, li hija fost l-aktar attivi, waqqfet aġenzija biex tagħti pariri liċ-ċittadini dwar kif jikkonservaw l-enerġija. Fi kliem is-sindku ta' Heidelberg, Eckart Würzner,"Tul dawn l-aħħar 10 snin naqqasna kważi 40% tal-emissjonijiet tas-CO2 fil-faċilitajiet tal-belt tagħna."

Il-konferenza ta' Brussell se tinzerta tittella' xaharejn biss wara li l-mexxejja tal-UE ffirmaw pakkett komprensiv ta' miżuri sabiex titnqqas il-kontribuzzjoni tal-Ewropa lejn il-bidla fil-klima. Dan il-pjan, li huwa l-aktar riforma estensiva s'issa tal-politika Ewropea dwar l-enerġija, għandu l-għan li jpoġġi lill-Ewropa fuq quddiem nett fid-dinja fit-teknoloġija tal-enerġija rinovabbli u tal-livell baxx tal-karbonju. Dan għandu jgħin sabiex iservi ta' kenn għall-ekonomija mill-effetti tal-prezzijiet tal-enerġija li kull ma jmur qed jogħlew u mill-inċertezza tal-provvisti.

Il-prezzijiet tal-enerġija fl-UE għolew b'medja ta' madwar 15% fl-2008, parzjalment minħabba d-domanda dejjem tikber mill-pajjiżi li qed jiżviluppaw bħaċ-Ċina u l-Indja. Aktar minn nofs l-enerġija tal-UE tiġi minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni - u d-dipendenza kull ma jmur qed tikber. Ħafna minn dik l-enerġija tiġi mir-Russja, u minħabba tilwim li din qed ikollha mal-pajjiżi ġirien li jservu ta' transitu, il-provvisti spiss qegħdin jiġu mfixkla. L-aħħar darba li seħħ qtugħ ta' dan it-tip, f'Jannar, il-kwistjoni ħadet kważi ġimgħatejn biex issolviet.

Enerġija sostenibbli għall-Ewropa

Azzjoni dwar il-klima - enerġija għal dinja li qed tinbidel DeutschEnglishespañolfrançaisitalianopolski.

Nimmaniġġjaw l-enerġija English.

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli