Mogħdija tan-navigazzjoni

L-Ewropa tieħu r-ruħ - 21/01/2009

Strument tal-kejl tal-pressjoni tal-gass fl-Ukraina  ©Reporters

Jissoktaw il-provvisti tal-gass mill-Ukraina u r-Russja lejn l-Ewropa.

Bħalissa l-provvisti tal-gass qegħdin jitwasslu. Dan itemm l-inkonvenjent li ħalla miljuni ta' djar Ewropej mingħajr tisħin għal 13-il ġurnata ta' kesħa xxoqq il-għadam u giegħel eluf ta' skejjel u fabbriki biex jgħalqu.

Waqt li kien qed iħabbar it-tmiem tal-kriżi, il-President tal-Kummissjoni Jose Manuel Barroso qal: "Huwa diffiċli li tagħti merħba lil xi ħaġa li fuq kollox ma kellhiex isseħħ".

Din mhijiex l-ewwel darba li tensjonijiet bejn l-Ukraina u r-Russja laqtu ħażin il-provvista tal-gass tal-UE. F'dawn l-aħħar snin, tilwim simili wera l-bżonn li titnaqqas id-dipendenza tal-UE fuq l-enerġija barranija - waħda mill-ogħla prijoritajiet English tal-Kummissjoni.

Il-President qal li l-UE għandha tiddiversifika l-provvista tal-enerġija tagħha u tibni stokkijiet strateġiċi. Barra minn hekk, hu ħeġġeġ lill-mexxejja Ewropej sabiex mill-aktar fis possibbli jilħqu ftehim fuq ir-rakkomandazzjonijiet għall-użu ta' €5 biljun f'fondi tal-UE li ma ntużawx sabiex tinbena infrastruttura għall-enerġija. Il-miżuri sabiex tiġi żviluppata s-sigurtà tal-enerġija u t-trattament tat-tibdil klimatiku jmorru id f'id. Fil-fatt l-effiċjenza enerġetika u l-enerġija rinnovabbli huma importanti daqs il-provvisti tal-enerġija siguri.

Ir-Russja waqqfet il-provvisti li jgħaddu mill-ġar tagħhom l-Ukraina minħabba tilwim fuq it-termini ta' kuntratt ġdid dwar il-provvista u t-tranżitu. Fi tmiem il-ġimgħa, il-prim ministru Russu u Ukrain qablu dwar kuntratt ġdid u l-ftehim ġie ffirmat fid-19 ta' Jannar.

Il-Kummissjoni u l-Presidenza Ċeka tal-UE kellhom bosta laqgħat mal-mexxejja Russi u Ukraini matul il-waqfa tal-provvisti. F'ċertu punt, l-UE ħadmet bħala intermedjarju sabiex il-provvisti tal-gass naturali jissoktaw lejn l-Ewropa taħt is-superviżjoni ta' sorveljanti tal-UE DeutschEnglishfrançais. Madankollu ż-żewġ pajjiżi naqsu milli jirrispettaw dan il-ftehim.

Is-sorveljanti, li s'issa għadhom ġoż-żewġ pajjiżi, ikkonfermaw li l-gass reġa' beda jiġi ppumpjat.

L-UE tikseb madwar kwart tal-gass naturali tagħha mir-Russja li l-biċċa kbira tiegħu jgħaddi minn pajpijiet fl-Ukraina. Madankollu, il-livell ta' dipendenza jvarja drastikament minkejja li xi pajjiżi jiddependu kważi kompletament fuq ir-Russja għall-gass tagħhom. L-aktar pajjiżi tal-UE li ntlaqtu mit-twaqqif tal-provvista tal-gass kienu s-Slovakkja, ir-Repubblika Ċeka, il-Bulgarija, ir-Rumanija, il-Greċja, l-Awstrija u l-Ungerija.

Aktar dwar il-politika tal-UE dwar l-enerġija English .

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli