Mogħdija tan-navigazzjoni

Tilwima dwar il-gass - 15/01/2009

Ħaddiem tal-pajpijiet tal-gass jiċċekkja valv f'pompa tal-gass fir-Russja ©Reporters

Ir-Russja u l-Ukrajina jonqsu milli jerġgħu jibdew jippumpjaw il-gass lejn l-UE

Filwaqt li sejjaħ it-tilwima dwar il-gass bejn ir-Russja u l-Ukrajina "inaċċettabbli u inkredibbli", il-President Barroso ħeġġeġ lill-pajjiżi tal-UE sabiex jikkunsidraw azzjoni legali u sejjaħ għal azzjoni flimkien sabiex jinstabu għejjun tal-enerġija alternattivi.

Aktar kmieni din il-ġimgħa, ir-Russja u l-Ukrajina ffirmaw ftehim taħt l-awspiċi tal-UE English sabiex jerġa' jibda jiġi ppumpjat il-gass naturali lejn l-Ewropa taħt is-superviżjoni ta' monituri tal-UE English. Imma ż-żewġ pajjiżi baqgħu ma qablux kif se jseħħ dan. Ir-Russja u l-Ukrajina sejħu għal-laqgħa għolja fis-17 ta' Jannar sabiex tiġi diskussa s-sitwazzjoni. Fiha se jieħdu sehem ukoll rappreżentanti tal-Kummissjoni.

Ir-Russja waqqfet il-provvista tal-gass fis-7 ta' Jannar, meta allegat li l-Ukrajina kienet qed tieħu parti mill-fjuwil. Il-qtugħ laqat lil xi 20 pajjiż - speċjalment fil-Balkani - fejn għexieren ta' eluf ta' familji spiċċaw fil-kesħa u xi skejjel, sptarijiet u fabbriki kellhom jagħlqu.

Il-ministri tal-enerġija tal-UE tellgħu laqgħa ta' emerġenza češtinaEnglishfrançais fi Brussell fit-12 ta' Jannar, li matuhla ħeġġew lir-Russja u lill-Ukrajina sabiex isibu soluzzjonijiet fit-tul sabiex ma jkunx hemm problemi ta' dan it-tip. Qablu wkoll li jeħtieġ li tiġi rafforzata l-politika dwar l-enerġija fil-livell tal-UE. 

Din mhix l-ewwel darba li t-tensjonijiet bejn l-Ukrajina u r-Russja laqtu ħażin il-fornimenti tal-gass lejn l-UE. Xi tilwimiet simili f'dawn l-aħħar snin urew il-ħtieġa li titnaqqas id-dipendenza tal-enerġija tal-UE fuq pajjiżi barranin. Din hija fost il-prijoritajiet ewlenin tal-UE English.

L-UE takkwista madwar kwart tal-gass naturali tagħha mir-Russja, l-aktar permezz ta' pajpijiet li jgħaddu mill-Ukrajina. Imma d-dipendenza tvarja ħafna, b'xi pajjiżi jiddependu fuq ir-Russja kważi għall-gass kollu tagħhom. L-aktar pajjiżi li ntlaqtu ħażin mill-qtugħ fil-provvista tal-gass huma s-Slovakkja, ir-Repubblika Ċeka, il-Bulgarija, ir-Rumanija, il-Greċja, l-Awstrija u l-Ungerija.

Aktar tagħrif dwar il-politika tal-enerġija tal-UE English.

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli