Mogħdija tan-navigazzjoni

L-enerġija f'emerġenza - 13/11/2008

Pjan ġdid dwar l-enerġija bil-għan li titnaqqas id-dipendenza tal-UE fuq il-gass u ż-żejt barrani.

Tul is-sena li għaddiet, il-prezzijiet tal-enerġija fl-UE għolew b'medja ta' 15%. Aktar minn 50% tal-enerġija tal-UE tiġi minn pajjiżi barra mill-Unjoni - u l-perċentwal qed jikber.

Dan kollu jtambar il-ħtieġa li l-UE tissorvelja b'aktar reqqa l-fornimenti taż-żejt u l-gass tagħha u li tħejji ruħha aħjar fil-każ li tinqala' xi emerġenza fil-qasam tal-enerġija. Pakkett tal-enerġija ġdid se jgħin lill-UE tilħaq il-miri tagħha biex tittaffa il- bidla klimatika English u biex fl-istess waqt tnaqqas l-importazzjoni tal-gass u ż-żejt.

Għal għexieren ta' snin, il-pajjiżi tal-UE ħaddnu riżervi taż-żejt fil-każ li tinqala' xi emerġenza. Issa, il-Kummissjoni trid li dawn ir-riżervi jkunu aktar disponibbli malajr u tixtieq tiċċara meta u kif dawn jistgħu jintużaw. Trid ukoll li l-pubbliku jkollu aktar informazzjoni dwar l-inventarji tal-ħażniet taż-żejt kummerċjali.

Wara ż-żejt, il-gass huwa l-aktar fjuwil importanti fit-taħlita tal-għejjun tal-enerġija fl-UE. Minkejja li 60% jiġi minn barra l-Unjoni, l-UE xorta għad m'għandhiex pjan ta' emerġenza f'każ li jixxekklu l-provvisti. Bħala parti mill-istrateġija dwar l-enerġija English (en) tagħha, il-Kummissjoni qed tniedi konsultazzjonijiet mal-pajjiżi tal-UE dwar l-istabbiliment ta' pjan ta' dan it-tip.

Fost prijoritajiet importanti oħra nsibu t-twaqqif ta' passaġġ tal-gass fin-naħa tan-nofs in-nhar English li minnu jgħaddu l-pajplajns tal-gass mir-reġjun tal-Baħar Kaspju minn ġot-Turkija sal-UE. Il-kostruzzjoni aktarx li tibda fl-2010.

L-UE hija ħerqana wkoll li ssaħħaħ in-netwerks tal-enerġija tagħha - is-sistemi li jwasslu l-elettriku, il-gass u ż-żejt sad-djar u n-negozji - u tqawwihom sabiex ikunu kapaċi jutilizzaw sorsi rinovabbli tal-enerġija bħar-riħ. Qed jiġi studjat jekk jistax jinħoloq park tal-enerġija mir-riħ fuq il-Baħar tat-Tramuntana.

L-istrateġija titlob li jkun hemm sforzi kontinwi sabiex titqawwa l-effiċjenza fl-enerġija - billi ngħidu aħna jiġi renovat bini residenzjali u kummerċjali. Proposta oħra ssejjaħ għal tikketti dwar l-enerġija għat-tajers mill-2012.

Tissemma wkoll l-enerġija nukleari - inkluż il-kontroll tal-perikli u l-immaniġġjar tal-iskart. Bħalissa, l-impjanti nukleari jiġġeneraw madwar terz tal-elettriku fl-Ewropa u kważi nofs il-pajjiżi tal-UE qed jippjanaw li jibnu oħrajn ġodda.

Il-politika tal-enerġija għall-Ewropa English (en) .

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli