Mogħdija tan-navigazzjoni

Niftħu s-swieq tal-enerġija - 10/10/2008

Arbli tad-dawl u l-linji ta' trażmissjoni

Ftehim dwar abbozz biex jillaxka l-kontroll tal-kumpaniji l-kbar fis-swieq tal-enerġija.

L-abbozz ta' liġi English teħtieġ il-mezzi biex tissepera – jew tifred – id-distribuzzjoni tal-elettriku u l-gass mill-produzzjoni. L-għan huwa biex titħeġġeġ il-kompetizzjoni u jiżdiedu l-iskambju tal-enerġija bejn il-pajjiżi tal-UE.

Attwalment il-pajpijiet, il-linji ta' trażmissjoni u l-power station huma ta' spiss ikkontrollati minn kumpanija waħda. Dan jikkumplika l-affarijiet għal negozji żgħar biex jippenetraw is-suq u biex jiżviluppaw netwerks transkonfinali.

Bosta gvernijiet tal-UE jaqblu li l-firda tista' tnaqqas l-ispejjeż u tagħti lill-konsumaturi aktar għażla EnglishDeutschdanskfrançaisitalianoespañolNederlandsportuguêssuomiPDF. Sa minn Lulju 2007, id-djar kollha tal-UE kienu ħielsa li jagħżlu fornitur tal-gass u l-elettriku iżda xorta waħda ta' spiss l-għażla tagħhom hija limitata minħabba d-dominazzjoni ta' kumpanija waħda fir-reġjun tagħhom.

Il-ftehim li ntlaħaq fl-10 ta' Ottubru mill-ministri tal-enerġija tal-pajjiżi kollha tal-UE jagħti lill-kumpaniji tliet għażliet li waħda minnhom tinkludi t-tqassim tal-proprjetà tan-negozji tal-provvista u d-distribuzzjoni. Il-ministri ftiehmu wkoll li tiġi stabbilita aġenzija biex tgħin fir-regolazzjoni tas-suq, karatteristika ewlenija oħra tal-proposta legali.

Il-Kummissarju għall-enerġija Andris Piebalgs laqa' l-ftehim bħala wirja tal-appoġġ għall-ħolqien ta' suq tal-enerġija komuni. Il-vot iwitti t-triq għan-negozji finali u issa l-liġi hi mistennija li tiġi adottata fl-ewwel nofs tal-2009.

Minbarra l-kompetizzjoni ħarxa, il-liġi għandha l-għan li tagħti spinta lill-użu tal-enerġiji rinovabbli bħall-enerġija mir-riħ u x-xemx u biex tiżdied is-sigurtà tal-enerġija. L-UE tiddependi fuq ir-Russja għal madwar terz taż-żejt tagħha u xi 40% tal-importazzjonijiet tal-gass naturali tagħha. Madankollu matul l-aħħar snin il-politiki reġjonali waqqfu l-provvisti.

L-integrazzjoni tas-swieq nazzjonali tal-enerġija tagħmila aktar faċli li l-pajjiżi tal-UE jgħinu lil xulxin meta jkun hemm theddida fuq il-provvista. Jekk jixtiequ joperaw fl-UE, il-kumpaniji barranin għandhom isegwu l-istess regoli u jingħataw biss proprejtà limitata għan-netwerks tal-UE.

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli