Mogħdija tan-navigazzjoni

Il-politika tal-UE dwar l-enerġija tirċievi marki għoljin - 04/09/2008

City at night

L-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija ħarġet l-ewwel rapport dwar il-politika tal-UE dwar l-enerġija, fejn faħħret l-azzjonijiet tal-UE dwar il-bidla fil-klima u l-liberalizzazzjoni tas-suq tal-enerġija.

L-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija English (IEA) fil-biċċa l-kbira tal-evalwazzjonijiet tagħha approvat il-pakkett komprensiv ta' miżuri fil-qasam tal-enerġija li tressaq biex jiġu ssodisfati l-miri ambizjużi tal-UE rigward il-bidla fil-klima. Fl-ewwel analiżi tagħha tal-politika tal-UE dwar l-enerġija, l-aġenzija faħħret il-miżuri bħala strateġija koerenti biex jiġu indirizzati l-kwistjonijiet tal- enerġija u t-tisħin globali DeutschEnglishfrançaisportuguês .

Il-miżuri mistennija wkoll inaqqsu d-dipendenza fuq l-importazzjoni tal-gass u ż-żejt, filwaqt li jservu ta' wens għall-ekonomija mill-effetti ta' prezzijiet tal-enerġija li kull ma jmur dejjem qed jgħolew u għejjun ta' fornimenti dejjem inqas ċerti.

Barra minn hekk, l-analiżi tal-aġenzija sejħet lill-UE sabiex tkompli ssegwi l-proposti ħalli tifred il-forniment tal-elettriku u l-gass mill-produzzjoni, proċess magħruf ukoll bħala unbundling. Meta kemm il-forniment kif ukoll il-produzzjoni jserrħu fuq l-istess kumpaniji, isir aktar diffiċli li l-kompetizzjoni tixref fis-swieq. Bl-unbundling:

  • isir iktar faċli li kumpaniji żgħar jippenetraw is-suq
  • il-konsumatur ikollu iktar għażla, u
  • tingħata spinta lill-użu tal-enerġiji rinovabbli bħall-qawwa mir-riħ jew mix-xemx.

 

L-IEA tirrakkomanda wkoll aktar fondi għar-riċerka dwar l-enerġija u rwol akbar għall-istituzzjonijiet tal-UE fil-koordinament tar-relazzjonijiet ma' pajjiżi oħra fil-qasam tal-enerġija. Minħabba nuqqas ta' strateġija komuni fost is-27 membru, l-UE qed tbati fir-relazzjonijiet tagħha dwar l-enerġija mar-Russja - li hija l-akbar fornitur tagħha taż-żejt u l-gass.

Il-Kummissarju inkarigat mill-enerġija Andris Piebalgs laqa' "ir-rispons pożittiv" li wasal minn naħa tal-aġenzija indipendenti bbażata f'Pariġi, u li rwolha hu li tagħti pariri lill-gvernijiet dwar il-politika tal-enerġija. L-analiżi tal-IEA hija l-ewwel waħda li qed tħares lejn l-UE kollha f'daqqa. Dan huwa xhieda tal-fatt li llum il-ġurnata, l-Unjoni saret "unità waħdanija fil-qasam tal-enerġija", kompla jgħid il-Kummissarju Piebalgs waqt konferenza għall-aħbarijiet mtella' flimkien ma' Nobuo Tanaka, id-direttur eżekuttiv tal-IEA.

Inti x'jidhirlek?

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli