Mogħdija tan-navigazzjoni

Il-mexxejja ta' l-UE jagħtu tweġiba dwar il-prezzijiet għoljin taż-żejt u l-ikel - 20/06/2008

Janez Janša, fuq ix-xellug, u José Manuel Barroso

Il-pajjiżi ta' l-UE jappoġġjaw it-tkomplija tal-proċess ta' ratifika tat-Trattat ta' Liżbona u l-konfrontazzjoni taż-żieda fil-prezzijiet ta' l-enerġija.

Il-Prim Ministru Irlandiż Brian Cowen jinforma lill-Kunsill Ewropew dwar ir-raġunijiet tar-rifjut ta' l-Irlanda lejn it-Trattat ta' Liżbona .Il-mexxejja ta' l-UE ddeċidew li jkomplu r-ratifika fil-pajjiżi fejn it- Trattat ta' Liżbona għadu ma ġiex approvat u biex jerġgħu jiddiskutu s-suġġett matul is-samit tagħhom f'Ottubru. It-Trattat huwa mfassal biex jissimplifika l-ħidma ta' l-Unjoni u jagħti spinta lill-profil tagħha fuq livell dinji.Qabel ma jidħol fis-seħħ, għandu jiġu ratifikat mis-27 pajjiżi kollha;s'issa 19 aċċettawh.

Fir-rigward iż-żieda tal-prezzijiet ta' l-ikel u l-fjuwil, il-pajjiżi ta' l-UE ftehmu li b'kawtela jkomplu jtaffu l-impatt fuq setturi milquta ħażin u l-familji bi dħul baxx.Minkejja protesti u sejħiet għal tnaqqis fit-taxxi tal-fjuwil, il-mexxejja wrew tħassib dwar it-tfixkil ta' aġġustament fit-tul u qalu li kwalunkwe miżuri nazzjonali għall-eżenzjoni – tnaqqis mit-taxxa, miżuri soċjali u sussidji – għandhom ikunu "għal żmien qasir u b'mira speċifika".

Il-prezzijiet għoljin juru l-bżonn għal tibdil strutturali fl- industrija ta' l-enerġija sabiex titrawwem l-effiċjenza  ta' l-enerġija u t-tnaqqis tad-dipendenza ta' l-UE fuq iż-żejt. Fi tweġiba lejn iż-żieda tal-prezzijiet, l-UE qed taħdem għal aktar trasparenza fis-swieq taż-żejt u aktar djalogu mal-pajjiżi li jipproduċu ż-żejt,

Fis-sena li għaddiet il-ġlieda tal-provvista taż-żejt sabiex tlaħħaq maż-żieda fit-talba, speċjalment fiċ-Ċina u l-Indja, il-prezzijiet taż-żejt madwar id-dinja rduppjaw. Matul din il-ġimgħa laħqu rekord ġdid.Iż-żieda qajmet għadd ta' protesti madwar l-UE fost dawk li huma l-aktar milquta – xuffiera ta' trakkijiet, bdiewa u sajjieda.

Filwaqt li jaraw id-diffikultà imposta fuq il-pajjiżi li qed jiżviluppaw, il-mexxejja qed jaħdmu għal żieda fil-koordinazzjoni internazzjonali fil-politika dwar l-enerġija u l-assistenza lejn il-pajjiżi l-aktar milquta.Il-Kummissjoni pproponiet biex testendi l- iskema tagħha għall-għajnuna alimentari u biex tistabilixxi fond ġdid għall-appoġġ lejn l-agrikoltura fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw.

Kun af aktar dwar l-azzjoni ta' l-UE lejn iż-żieda fil-prezzijiet tal-fjuwil u l-ikel

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli