Mogħdija tan-navigazzjoni

Ġimgħa dwar l-enerġija sostenibbli 2008 - 28/01/2008

Firxa ta' panewijiet solari fid-deżert

It-tieni ġimgħa ta' l-UE dwar l-enerġija sostenibbli tiffoka fuq il-provvista ta' l-enerġija

Il-provvista ta' l-enerġija u t-tibdil klimatiku tal-futur saru preokkupazzjonijiet importanti tant li l-ġimgħa ta' l-UE dwar l-enerġija sostenibbli se ssir avveniment annwali.

Mit-28 ta' Jannar – l-1 ta' Frar, il-ġimgħa se tgħaqqad flimkien l-istituzzjonijiet Ewropej, is-soċjetà ċivili u l-partijiet interessati fis-suq ta' l-enerġija Bħala riżultat tal-konferenza ta' Bali, il-parteċipanti se jżommu f'moħħom l-aħħar tnax-il xahar u jirrevedu l-iżviluppi politiċi riċenti, b'mod partikolari fil-kuntest ta' l-adozzjoni tal-pakkett il-ġdid dwar l-enerġija DeutschEnglishfrançaisportuguês u t-tibdil klimatiku.

Matul din il-ġimgħa se jkun hemm madwar 80 avveniment organizzat fi tmien pajjiżi differenti – forum uniku għall-partijiet interessati sabiex jagħmlu skambju ta' l-esperjenza u l-aqwa prattiċi.

L-avvenimenti ewlenin se jkunu t-tnedija uffiċjali tal-ftehim tas-sindku, li jorbot mitt belt Ewropej (li jinkludu 15-il belt kapitali) sabiex jilħqu għan aħjar minn dak Ewropew biex inaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett serra sa 20% u l-preżentazzjoni tal-premijiet ta' l-enerġija sostenibbli English . Dawn il-premijiet huma intiżi biex iqajmu kuxjenza dwar il-programmi li jinsabu fuq quddiem nett u proġetti fil-qasam ta' l-enerġija sostenibbli.

Il-ġimgħa dwar l-enerġija sostenibbli hija parti mill- Kampanja Ewropea għall-Enerġija Sostenibbli

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli