Mogħdija tan-navigazzjoni

It-tkabbir ekonomiku u t-tisħiħ tal-qasam ta' l-impjiegi permezz ta' azzjoni dwar il-klima - 23/01/2008

Logo ta' l-azzjoni dwar il-klima  

Imħabbar pjan ta' azzjoni ambizzjuż biex nagħmlu Ewropa b'inqas karbonju realtà.

Jista' jkun li diġà smajt dwar bosta miri li l-UE stipulat fuqha nfisha fl-2007 għall-2020: 20% tnaqqis tal-gassijiet serra;  20% żieda fl-effiċjenza ta' l-enerġija u żieda fl-użu ta' l-enerġija rinovabbli sa 20% tal-konsum totali ta' l-enerġija.

"Il-missjoni tagħna, sewwasew dmirna, hu li nipprovdu l-qafas politiku adegwat għax-xaqliba lejn ekonomija Ewropea b'inqas karbonju u biex inkomplu mmexxu l-azzjonijiet internazzjonali lejn il-protezzjoni tal-pjaneta tagħna" spjega l-President tal-Kummissjoni DeutschEnglishfrançaisportuguês José Manuel Barroso.

Il-pakkett ta' azzjoni dwar il-klima jara li jassigura s-sostenibbiltà tal-pjaneta, jipprovdi opportunitajiet ġodda ta' negozju għall-kumpaniji Ewropej kif ukoll itejjeb is-sigurtà tal-provvista ta' l-enerġija permezz ta' tranżizzjoni għall-enerġiji rinovabbli.

L-elementi ewlenin tal-pakkett il-ġdid jinkludu:

  • estensjoni ta' l-iskema attwali dwar l-iskambju ta' l-emissjonijiet (ETS) li bdiet fl-2005 biex din tkun tkopri kull emittent industrijali maġġuri bħal per eżempju l-impjanti ta' l-enerġija, u biex tinkludi aktar gassijiet serra bħall-l-ossidu tan-nitroġenu (il-fertilizzanti) u l-l-karboni perfluworidi (l-aluminju)
  • miri għal tnaqqis ta' l-emissjoni għal setturi li mhumiex koperti mill-ETS (p.eż. it-trasport, il-bini, l-agrikoltura) – kull pajjiż stipola mira nazzjonali ġusta bbażata fuq metodoloġija wiesgħa li tqassam il-piż
  • mira li torbot legalment lil kull pajjiż ta' l-UE dwar iż-żieda ta' l-enerġiji rinovabbli fit-taħlita totali ta' l-enerġija
  • qafas legali ġdid għall-qbid tal-karbonju u l-ħażna tiegħu taħt l-art, biex iħeġġeġ l-investiment f'dan il-proċess li tant jinvolvi spejjeż.

Il-Kummissjoni tinsab minn ta' quddiem dwar l-ispejjeż involuti.  Huwa smat li jekk tittieħed azzjoni issa tiġi limitata l-ispiża inevitabbli minħabba t-tibdil klimatiku b'ħafna inqas minn 1% tal-PGD. Dan kontra l-5-20% meħtieġa jekk ma ssir l-ebda azzjoni (rapport Stern). Dan isarraf  f'madwar 150 ewro kull persuna kull sena sa l-2020. Frankar fuq l-importazzjoni taż-żejt u l-gass biss – hekk kif l-UE ssaħħaħ s-sigurtà ta' l-enerġija – jistgħu jammontaw għal €50 biljun kull sena.

Huwa ttamat li dan il-pakkett propost jkun adottat sa l-aħħar ta' l-2008.

Aspetti ta' l-azzjoni dwar il-klima: il-kompetizzjoni English , l-ambjent English u l-enerġija English  

Enerġija għal dinja li qed tinbidel – pakkett sħiħ DeutschEnglishfrançaisportuguês .

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli