Mogħdija tan-navigazzjoni

Għandna nagħmlu l-aħjar użu tal-opportunitajiet ta’ xogħol “ekoloġiċi”, qalet l-UE - 02/07/2014

Ħaddiema fil-Portugall jiġbru tankijiet taż-żibel mimlija bi skart għar-riċiklaġġ © EU

L-UE fasslet pjan biex jimmassimizza l-opportunitajiet ta’ xogħol fis-setturi favur l-ambjent u biex jappoġġa l-ħaddiema hekk kif l-ekonomija ssir aktar “ekoloġika”.

Impjiegi “ekoloġiċi” – li jinvolvu ħidma b'teknoloġiji tal-informatika jew materjali li jgħinu lill-ambjent – huma dawk li qed jikbru bl-aktar rata mgħaġġla fl-Ewropa. 

Dawn jinkludu xogħlijiet fl-oqsma ta':

  • ir-riċiklaġġ
  • il-bijodiversità
  • l-iżolazzjoni biex tiżdied l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija
  • it-titjib tal-kwalità tal-arja
  • it-teknoloġiji tal-enerġija rinnovabbli.

Anki waqt ir-reċessjoni, l-għadd ta’ impjiegi f’dawn is-setturi kiber b’20%. L-UE identifikat bidla ekonomika lejn dawn is-setturi bħala fundamentali biex ikun hemm tkabbir ekonomiku sostenibbli. 

Hi tqis li jistgħu jinħolqu 20 miljun impjieg fl-ekonomija ekoloġika sal-2020.

Appoġġ favur l-impjiegi ekoloġiċi

Ekonomija aktar ekoloġika se tinvolvi l-ħolqien ta’ tipi ġodda ta’ xogħlijiet u t-trasformazzjoni ta' dawk eżistenti. Se jkun hemm bżonn ħaddiema b’ħiliet, għarfien u taħriġ speċjalizzat.

Il-pjan tal-UE li jappoġġa l-ħolqien tax-xogħol fis-setturi ekoloġiċi, u li jgħin lill-ħaddiema hekk kif jinbidlu l-impjiegi, jinkludi

  • l-antiċipazzjoni tal-ħiliet u l-għarfien li se jkunu meħtieġa f’dawn l-oqsma u l-għajnuna lill-ħaddiema biex jakkwistawhom
  • iċ-ċaqliq tal-piż tat-taxxa lil hinn mix-xogħol u lejn it-tniġġis
  • it-tħeġġiġ ta' diskussjonijiet bejn min iħaddem u t-trejdjunjins biex jiġi żgurat li l-ħaddiema huma appoġġati
  • it-titjib tal-qsim internazzjonali ta’ għarfien dwar it-tkabbir ta’ setturi ekoloġiċi 
  • l-għoti ta' gwida għan-negozji ż-żgħar biex ilaħħqu mat-tranżizzjoni, jikkonformaw mar-regolamenti ambjentali u jantiċipaw in-nuqqasijiet ta’ ħiliet.

L-ekonomija ekoloġika

B’reazzjoni għat-tibdil fil-klima u l-iskarsezza globali tar-riżorsi, l-ekonomija ekoloġika hija definita permezz tal-innovazzjoni teknoloġika, l-iżvilupp ta’ swieq ġodda, u bidliet fid-domanda tal-konsumatur u dik industrijali.

Skont l-UE it-tranżizzjoni lejn ekonomija ekoloġika hi vitali: l-użu ineffiċjenti tar-riżorsi u pressjoni mhux sostenibbli fuq l-ambjent joħolqu sfidi għat-tkabbir ekonomiku f'terminu twil ta' żmien. 

Id-domanda dejjem tikber fl-ekonomiji emerġenti tfisser li l-prezzijiet tar-riżorsi, il-materja prima u l-enerġija inevitabbilment se jiżdiedu. Hemm bżonn li l-ekonomija tal-Ewropa tirrispondi aħjar għal bidliet bħal dawn.

Il-pjan, li ġie mressaq mill-Kummissjoni Ewropea, issa se jiġi ppreżentat lill-Kunsill tal-Ministri tal-UE u l-Parlament Ewropew biex japprovawh.

Nimmassimizzaw l-opportunitajiet ta’ xogħol fl-ekonomija ekoloġika – Stqarrija għall-istampa françaisDeutschEnglish

L-impjiegi fl-ekonomija ekoloġika – FAQs English

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli