Mogħdija tan-navigazzjoni

L-UE għandha l-għan li ttejjeb is-saħħa u s-sikurezza tal-ħaddiema - 11/06/2014

Ħaddiem liebes elmu u ġakketta li tidher sew bilwieqfa f’mina tal-metro

L-UE ħabbret pjanijiet biex tiggarantixxi kundizzjonijiet tax-xogħol aħjar u tnaqqas inċidenti tax-xogħol fl-Ewropa.

Kull sena, aktar minn 3 miljun ruħ fl-UE jkollhom aċċident serju fuq il-post tax-xogħol – definiti bħala dawk li jwasslu għal aktar minn 3 ijiem assenza mix-xogħol - u 4000 ruħ imutu kull sena b'dawn l-inċidenti. Kważi kwart tal-ħaddiema Ewropej jgħidu li jemmnu li l-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom joħolqu theddida għas-sikurezza.

Apparti mis-sofferenza ovvja li tinħoloq, hemm ukoll spiża ekonomika serja: fil-Ġermanja biss, is-sick leave jirriżulta f'telf stimat ta' produttività ta' 3.1% tal-PDG kull sena. L-aċċidenti u l-mard jgħollu wkoll l-ispejjeż tas-sigurtà soċjali.

Studju tal-2010 juri li kull euro investit fil-prevenzjoni ta’ inċidenti relatati max-xogħol jipproduċi redditu fil-profitti ta’ bejn €1.29 u €2.89.

It-titjib tal-kondizzjonijiet tax-xogħol

Il-proposti tal-UE għandhom itejbu l-protezzjoni tal-ħaddiema billi;

  • jgħinu lin-negozji ż-żgħar jikkonformaw ma’ regolamenti tas-sigurtà
  • jiżguraw li spetturi tas-saħħa u s-sigurtà jaħdmu għal standard għoli
  • jevitaw ir-riskji minn teknoloġiji u innovazzjonijiet ġodda, bħal nanomaterjali
  • iqisu l-anzjanità tal-forza tax-xogħol Ewropea
  • iżidu l-koordinazzjoni ta' kwistjonijiet tas-saħħa u s-sikurezza mal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa françaisEnglishespañol u entitajiet internazzjonali oħra.

Il-fondi tal-UE se jkunu disponibbli biex jgħinu fl-implimentazzjoni ta’ dawn l-azzjonijiet, li huma mibnija fuq konsultazzjonijiet ma’ organizzazzjonijiet ta’ min iħaddem u tal-ħaddiema madwar l-Ewropa.

Madankollu, fl-istess ħin, l-UE qed tissuġġerixxi li jiġu ssimplifikati r-regolamenti eżistenti - fejn dan jista' jnaqqas il-piż amministrattiv fuq in-negozji.

Is-suċċess tal-passat

L-istrateġija tal-2007 - 2012, ibbażata fuq qafas kondiviż għal azzjoni fl-Ewropa kollha li tfassal għall-ħtiġijiet speċifiċi tal-pajjiżi individwali, naqqset l-aċċidenti serji fuq ix-xogħol bi kważi 30%.

F’dawn l-aħħar snin, regolamenti ġodda għenu biex jitħarsu l-ħaddiema Ewropej minn esponiment għal sustani kimiċi u l-kampijiet elettromanjetiċi.

Stqarrija għall-istampa: is-saħħa u s-sikurezza fuq ix-xogħol 2014-2020

Mistoqsijiet Frekwenti: is-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol English

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli