Mogħdija tan-navigazzjoni

Ngħinu lill-kumpaniji jtaffu l-impatt tar-ristrutturar - 13/12/2013

Raġel u mara b’fowlders © EU

L-UE tippreżenta l-aħjar prattiki biex jittaffa l-impatt tar-ristrutturar u tas-sensji fuq il-ħaddiema u l-kundizzjonijiet soċjali.

Ir-ristrutturar korporattiv jaffettwa kull pajjiż Ewropew u huwa kawża ta’ tħassib serju fil-kuntest tar-reċessjoni. Mill-2002 fl-Ewropa ġew irreġistrati aktar minn 16,000 operazzjoni ta’ ristrutturar, li rriżultaw f’telf nett ta’ aktar minn 2 miljun impjieg.

L-UE qed tipprova twaqqaf din ix-xejra billi tintroduċi sett tal-aħjar prattiki għall-kumpaniji, il-ħaddiema, it-trejdjunjins, l-organizzazzjonijiet ta’ min iħaddem u l-amministrazzjonijiet pubbliċi.

B'segwitu għal konsultazzjoni pubblika, l-UE pproduċiet linji gwida pdf - 164 KB [164 KB] Deutsch (de) English (en) français (fr) bbażati fuq esperjenzi reali tal-kumpaniji. Il-linji gwida jindirizzaw it-tħassib speċifiku tal-gruppi kollha involuti u jissuġġerixxu kif għandhom jantiċipaw ir-ristrutturar, kif ukoll kif għandhom jimmaniġġjaw il-proċessi speċifiċi.

Huwa ttamat li dawn l-aħjar prattiki se jgħinu lill-kumpaniji jipprevedu aħjar l-impjiegi u l-ħiliet futuri meħtieġa, u jgħinu lill-ħaddiema jsibu impjieg meta jseħħu s-sensji. Xi miżuri speċifiċi jinkludu:

  • monitoraġġ strateġiku fit-tul tal-iżviluppi tas-suq
  • immappjar kontinwu tal-impjiegi u l-ħiliet meħtieġa
  • għajnuna lill-ħaddiema b’taħriġ, pariri dwar il-karrieri u s-sejba ta' impjiegi ġodda
  • involviment tal-entitajiet esterni — l-awtoritajiet pubbliċi, l-universitajiet, iċ-ċentri tat-taħriġ
  • użu sħiħ mill-fondi tal-UE biex jippromwovu l-ħolqien tal-impjiegi.

Minbarra li jipprovdu l-aħjar prattiki, il-pjanijiet tal-UE għandhom ukoll l-għan li jżommu lill-kumpaniji kompetittivi fuq żmien twil. Dawn il-pjanijiet iqisu l-impatt soċjali u industrijali usa’ tar-ristrutturar fuq il-bliet u r-reġjuni affettwati.

L-UE qed tħeġġeġ lill-gvernijiet membri biex jappoġġjaw u jippromwovu dawn il-linji gwida u jikkunsidraw l-applikazzjoni tagħhom għall-impjegati fis-settur pubbliku. Sal-2016 se jiġi ppubblikat rapport dwar jekk hijiex meħtieġa iktar azzjoni inklużi regoli ġodda tal-UE.

Il-Kummissjoni tipproponi l-aħjar prattiki biex ittaffi l-impatt tar-ristrutturar DeutschEnglishfrançais

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli