Mogħdija tan-navigazzjoni

Sejħa għal azzjoni biex tingħata għajnuna lil min hu bla xogħol – u lil dawk li qed joħolqu l-impjiegi - 20/06/2013

Sitt żgħażagħ iżommu kards bis-simbolu tal-mistoqsija © iStockphoto

Il-Kummissjoni tappella lill-mexxejja tal-UE biex jaqblu dwar miżuri prattiċi biex tiġi indirizzata l-problema tal-qgħad fost iż-żgħażagħ u biex jinħoloq ambjent favorevoli għan-negozju tal-kumpaniji ż-żgħar.

Kemm iż-żgħażagħ kif ukoll in-negozji ż-żgħar huma l-ixprunaturi tat-tkabbir ekonomiku, u hu għalhekk li l-preokkupazzjonijiet tagħhom jinsabu fuq il-mejda għad-diskussjoni meta l-mexxejja tal-UE jiltaqgħu fi Brussell fis-27 u t-28 ta’ Ġunju. Il-proposti tal-Kummissjoni issa qed jintbagħtu lil kull Mexxej tal-UE u lill-MPE.

Kważi 6 miljun persuna taħt il-25 jinsabu attwalment mingħjar xogħol fl-Ewropa. Fi wħud mill-pajjiżi, aktar minn nofs iż-żgħażagħ li jridu jaħdmu huma qiegħda.

L-appell għal azzjoni dwar il-qgħad fost iż-żgħażagħ DeutschEnglishfrançais tal-Kummissjoni jistabbilixxi ideat ġodda dwar kif iż-żgħażagħ jistgħu jiġu involuti fix-xogħol, u jħeġġeġ lill-gvernijiet biex jistabbilixxu minnufih skemi diġà miftehmin – bħall-Garanzija għaż-Żgħażagħ DeutschEnglishfrançais .

Approvata mill-ministri f’April, il-Garanzija għaż-Żgħażagħ għandha tiżgura li ż-żgħażagħ kollha jiġu offruti impjieg tajjeb, apprendistat, taħriġ jew edukazzjoni kontinwa fi żmien erba’ xhur minn meta jitilqu mill-iskola jew minn meta jsibu ruħhom bla xogħol.

Il-Kummissjoni qed tappella wkoll lir-reġjuni fejn aktar minn 25% ta’ żgħażagħ jinsabu bla xogħol biex jippreżentaw pjanijiet iddettaljati dwar kif l-inizjattiva se tiġi implimentata, min se jkun involut, min se jħallas għaliha u kif se tkun sorveljata.

L-attwalizzazzjoni tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ għandha tkun eħfef għal ħafna reġjuni jekk €6 biljun allokati biex tinsab soluzzjoni kontra l-qgħad fost iż-żgħażagħ ikunu disponibbli immedjatament, kif qed tipproponi l-Kummissjoni, aktar milli jinfirxu fuq il-perjodu ta’ seba’ snin tal-fondi tal-UE li jmiss.

Il-portal tal-impjiegi EURES tal-UE diġà jgħin dawk li qegħdin ifittxu impjieg f’pajjiż ieħor tal-UE billi jippromwovi l-pożizzjonijiet vakanti u jippermetti lil dawk li qed ifittxu x-xogħol li japplowdjaw is-CV tagħhom. L-inizjattiva l-Ewwel impjieg EURES tiegħek se tipprovdi l-appoġġ addizzjonali meħtieġ miż-żgħażagħ li jixtiequ jmorru jgħixu barra pajjiżhom biex jaħdmu billi tiffinanzja korsijiet tal-lingwa u taħriġ ieħor u l-ispejjeż tal-ivvjaġġar. Is-sistema bħalissa qed tiġi ttestjata f’sitt pajjiżi.

Inizjattivi bħal din inevitabbilment għandhom ikollhom aktar suċċess jekk ikun hemm impjiegi disponibbli. Il-ħolqien tal-kundizzjonijiet li fihom in-negozji ż-żgħar jistgħu jmorru tajjeb hu mod kif jiġu ġġenerati l-impjiegi – huma bħalissa jammontaw għal madwar żewġ terzi tal-impjiegi fis-settur privat.

Fl-2012, il-Kummissjoni talbet lill-kumpaniji żgħar biex jidentifikaw il-liġijiet tal-UE li huma jsibu l-aktar diffiċli. Bosta mill-“ewwel 10” fil-lista ta’ liġijiet ta’ piż DeutschEnglishfrançais diġà ttejbu – il-kumpaniji żgħar issa għandhom aċċess aħjar għall-akkwist pubbliku, u r-rekwiżiti għas-sikurezza tal-prodotti ġew issimplifikati.

Il-Kummissjoni qed tittama li ftehim bejn il-mexxejja tal-UE dwar dawn il-kwistjonijiet se jġedded il-momentum minħabba li l-Ewropa qed tfittex li l-ekonomija tagħha terġa’ tiżdied.

Aktar dwar il-qgħad fost iż-żgħażagħ

Aktar dwar in-negozji ż-żgħar tal-Ewropa DeutschEnglishfrançais

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli