Mogħdija tan-navigazzjoni

It-tneħħija tal-ostakoli għal xogħol f’pajjiż ieħor tal-UE - 29/04/2013

Mara b'pinna tħares lejn it-taqsima tal-impjiegi ta' gazzetta © EU

Proposti ġodda jagħmluha aktar faċli għall-Ewropej li jmorru jaħdmu f’pajjiż ieħor tal-UE.

Iċ-ċittadini tal-UE għandhom id-dritt li jgħixu u jaħdmu f’pajjiż ieħor tal-UE. Dan id-dritt fundamentali huwa tajjeb għall-ħaddiema individwali u, permezz il-ħiliet tagħhom, għall-ekonomiji tal-pajjiżi fejn imorru jaħdmu.

Ċittadini tal-UE li jaħdmu f’pajjiż ieħor tal-UE għandhom, teoretikament, igawdu trattament ugwali bħaċ-ċittadini tal-pajjiż fl-aċċess għall-impjiegi, il-kundizzjonijiet tax-xogħol, is-sigurtà soċjali u fiskali.

Iżda fil-prattika, ħafna mill-10.7 miljun ħaddiem migranti tal-UE qed jiffaċċjaw għadd ta’ prattiki diskriminatorji.

Pereżempju, il-gvernijiet jew in-negozji jistgħu jistabbilixxu regoli diskriminatorji ta’ reklutaġġ, kwoti, jew rekwiżiti ta’ nazzjonalità għal tipi speċifiċi ta’ impjiegi. Ir-regoli tal-paga u l-promozzjoni jistgħu ma jkunux l-istess bħal dawk taċ-ċittadini. L-esperjenza u l-kwalifiki professjonali jistgħu ma jkunux rikonoxxuti bl-istess mod, jew xejn affattu.

Dawn l-ostakli jwasslu għal aktar nies li jsibuha bi tqila pdf - 11 MB [11 MB] English (en) français (fr) li jmorru jaħdmu f’pajjiż ieħor tal-UE.

Minħabba f'hekk, il-Kummissjoni qed tipproponi miżuri biex tagħmilha aktar faċli għall-ħaddiema jeżerċitaw id-drittijiet tal-UE tagħhom tax-xogħol — fis-seħħ diġà għal xi 50 sena u garantiti mit-Trattati u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali English tal-UE, il-miżuri jirrekjedu l-pajjiżi tal-UE:

  • jipprovdu modi uffiċjali għal ħaddiema migranti tal-UE — u min iħaddimhom — biex isibu informazzjoni, għajnuna u pariri dwar dawn id-drittijiet
  • jistabbilixxu mezzi ta’ rimedju meta ssir diskriminazzjoni kontra ħaddiema minn pajjiżi oħra tal-UE
  • jippermettu organizzazzjonijiet tal-ħaddiema u organizzazzjonijiet oħra jniedu proċeduri amministrattivi jew legali f’isem individwi li d-drittijiet tagħhom ma jiġux rispettati.

Billi jinformaw lin-nies, il-miżuri għandhom jgħinu lin-nies jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom b’mod aktar effettiv. Stħarriġ tal-2010 pdf - 4 MB [4 MB] English (en) français (fr) sab li 67% tan-nies iħossu li mhumiex infurmati sew jew xejn dwar id-drittijiet tagħhom bħala ċittadini tal-UE.

Il-passi li jmiss

Il-proposti jridu jiġu approvati mill-gvernijiet tal-UE u mill-Parlament Ewropew qabel isiru liġi.

Għajnuna u pariri dwar drittijietek bħala ċittadin tal-UE

Nagħmlu l-ħajja taċ-ċittadini eħfef – segwi l-proposti kurrenti Deutsch (de) English (en) français (fr)

2013 – Sena Ewropea taċ-ċittadini English (en) français (fr)

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli