Mogħdija tan-navigazzjoni

Xibka ta' protezzjoni aktar b’saħħitha għal dawk fil-bżonn - 20/02/2013

Raġel bla dar rieqed f'fetħa ta' bieb © UE

Għajnuna lill-pajjiżi tal-UE biex jużaw il-baġits tal-ħarsien soċjali b'mod aktar effiċjenti sabiex jitħarsu l-ifqar nies fis-soċjetà.

Kaġun ta' ħames snin ta' kriżi ekonomika, miljuni aktar ta' nies jinsabu f'diffikultajiet finanzjarji jew qegħdin fir-riskju tal-faqar u tal-esklużjoni soċjali. L-għadd ta' dawk bla saqaf fuq rashom fl-UE kiber. Il-biċċa l-kbira tas-sistemi nazzjonali tal-ħarsien soċjali ma jifilħux aktar pressjoni u l-gvernijiet qed isibuha iebsa biex jgħinu lin-numru dejjem jikber ta' nies li jeħtieġu sostenn.

Biex tindirizza l-problema, il-Kummissjoni qed tipprovdi gwida English dwar kif il-pajjiżi tal-UE jistgħu jużaw bl-aħjar mod il-baġits tagħhom għall-ħarsien soċjali biex jipproteġu lin-nies fil-bżonn u jsaħħu l-koeżjoni soċjali.

Il-parir huwa msejjes fuq l-istrateġiji meħudin mill-pajjiżi li minnhom gawdew in-nies u t-tkabbir ekonomiku inġenerali. Dawn qed jinvestu fis-servizzi biex isaħħu l-ħiliet u jgħinu lin-nies jieħdu vantaġġ mill-opportunitajiet. Dawn il-pajjiżi ġeneralment ikollhom rati iktar baxxi ta' faqar, ħaddiema b’livell aħjar ta' edukazzjoni, rata ogħla ta' xogħol u kundizzjonijiet ekonomiċi aħjar. Il-parir jiffoka fuq:

  • li jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet tan-nies fil-mumenti kruċjali tal-ħajja – jista' jsir aktar minn qabel sabiex jitnaqqas ir-riskju ta' kollass soċjali u tiġi evitata nefqa soċjali ogħla fil-ġejjieni
  • li l-għajnuna tingħata lil min verament ikollu bżonnha billi jiġu ssimplifikati r-regoli u billi nsiru aktar effiċjenti fl-għoti ta' sostenn xieraq
  • li titjieb l-integrazzjoni tan-nies fis-soċjetà u fis-suq tax-xogħol – billi, ngħidu aħna, jiġu pprovduti assistenza għat-tfal u edukazzjoni bi prezzijiet aktar konvenjenti, taħriġ u għajnuna għat-tfittix tax-xogħol, sostenn fil-qasam tal-akkomodazzjoni u servizzi tas-saħħa aċċessibbli.

Il-pakkett jinkludi rakkomandazzjonijiet biex jiġi indirizzat il-faqar tat-tfal u għal strateġija aktar integrata fir-rigward tal-investiment soċjali li jagħti kas tal-interessi tat-tfal.

L-investiment fit-tfal u fiż-żgħażagħ huwa mod effettiv kif jitkisser iċ-ċiklu tal-faqar u tal-esklużjoni soċjali li jista' jingħadda minn ġenerazzjoni għall-oħra. Irid isir iktar biex jitjiebu l-opportunitajiet għan-nies aktar tard fil-ħajja.

Il-pakkett jappoġġja proposti oħrajn tal-Kummissjoni maħsubin biex jiġu indirizzati l-isfidi soċjali u ekonomiċi tal-Ewropa, inklużi dawk dwar ix-xogħol, ix-xogħol għaż-żgħażagħ, u l-pensjonijiet.

Il-passi li jmiss

Il-Kummissjoni se żżomm għajnejha fuq il-pajjiżi tal-UE waqt li dawn ikunu qed jaġġustaw is-sistemi tal-ħarsien soċjali tagħhom u, jekk ikun meħtieġ, tagħmel rakkomandazzjonijiet lil pajjiżi partikulari.

Aktar dwar il-ħarsien soċjali u l-inklużjoni soċjali fl-UE

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli