Mogħdija tan-navigazzjoni

Meħtieġa għajnuna għall-dawk l-aktar milquta mill-kriżi - 14/01/2013

Nies jistennew quddiem uffiċċju tal-impjiegi fi Spanja © EU

L-Ewropa trid tikkoordina l-iżvilupp u l-isforzi għall-ħolqien tal-impjiegi, biex tgħin lil dawk li ntlaqtu l-agħar mill-kriżi u tindirizza l-inugwaljanza soċjali.

Wara ħames snin ta' kriżi ekonomika, l-UE reġgħet daħlet f'reċessjoni – u 26 miljun ruħ għadhom bla xogħol.

Id-dħul tal-familji naqas, u kważi persuna minn kull erbgħa tinsab jew fqira jew fir-riskju tal-faqar. Il-pajjiżi fl-Ewropa tan-Nofsinhar u tal-Lvant intlaqtu bis-saħħa, skont ir-rapport tal-Kummissjoni Impjiegu żviluppi soċjali fl-Ewropa 2012 English .

Ir-rapport juri liema mill-miżuri għall-għajnuna ta' dawk l-aktar affettwati mill-kriżi – inklużi ż-żgħażagħ adulti, in-nisa bla impjieg u l-ommijiet bla raġel – li qed jaħdmu. Il-pajjiżi tal-UE jistgħu jużaw din l-informazzjoni biex jgħinu fl-aġġustament tal-politiki tagħhom u jiżviluppaw soluzzjonijiet komuni.

X'qed tagħmel l-UE?

Il-ħaddiema huma aktar probabbli jsibu impjieg fil-pajjiżi tal-UE li għamlu riformi sostanzjali fis-swieq tax-xogħol u s-sistemi ta' protezzjoni soċjali.

Il-Kummissjoni talbet lill-pajjiżi kollha tal-UE jagħmlu riformi ta' dan it-tip fil-proposti tal-impjieg Deutsch (de) English (en) français (fr) ta' April 2012 u fir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi tal-baġits domestiċi u l-politiki ekonomiċi tal-2012-2013.

Il-proposti jinkludu investiment aktar effiċjenti fl-edukazzjoni u t-taħriġ, u appoġġ għall-ħolqien ta' impjiegi b'ħiliet għolja fis-setturi tat-tkabbir bħall-ekonomija ambjentali, it-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, u l-kura tas-saħħa.

Ir-rapport juri wkoll li l-biċċa l-kbira tas-sistemi ta' protezzjoni soċjali huma stressati u li l-gvernijiet qed isibuha iebsa biex jindirizzaw l-għadd dejjem jikber ta' persuni li qed jispiċċaw foqra.

Il-Kummissjoni tippjana li tgħin billi tipprovdi gwida aktar tard din is-sena lil kull pajjiż tal-UE dwar l-implimentazzjoni ta' miżuri ta' sostenn soċjali effettiv u sostenibbli.

Il-qasma ekonomika taż-Żona tal-Ewro

Ir-rapport jikkonferma li hemm differenza enormi fir-rati tal-qgħad bejn il-pajjiżi tat-tramuntana taż-żona tal-ewro u dawk tan-nofsinhar – 7.5 punt perċentwali mifruxa bejn dawk bir-rati l-aktar baxxi u dawk bl-aktar għoljin fi tmiem l-2011.

Din id-differenza tista' tistrapazza l-koordinazzjoni ekonomika taż-żona tal-ewro. Il-Kummissjoni qed issejjaħ biex il-pajjiżi taż-żona tal-ewro jikkoordinaw aħjar il-politiki tat-taxxi u tal-impjiegi tagħhom. Pjan ta’ azzjoni għal unjoni ekonomika u monetarja profonda u ġenwina pdf - 396 KB [396 KB] Deutsch (de) English (en) français (fr) português (pt) tal-Kummissjoni jistipola l-passi biex jinkisbu dawn l-għanijiet, inkluż baġit komuni biex jiġu megħjuna temporanjament il-pajjiżi fil-bżonn.

Aktar xogħol huwa meħtieġ ukoll biex tintemm il-kriżi tad-dejn taż-żona tal-ewro, u biex jiżdied l-investiment fil-ħolqien tal-impjiegi, jittejbu l-ħiliet u l-inklużjoni soċjali.

L-istrateġija tal-impjiegi tal-UE – il-ħolqien ta' aktar impjiegi li jkunu ta' kwalità aħjar

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli