Mogħdija tan-navigazzjoni

Xogħol u taħriġ għaż-żgħażagħ - 05/12/2012

Iż-żgħażagħ bla xogħol taħt il-25 sena se jiġu garantiti offerta ta' xogħol, iktar edukazzjoni jew taħriġ skont miżuri proposti tal-UE.

Madwar 7.5 miljun persuna bejn 15 u 24 sena jinsabu bla xogħol, edukazzjoni jew taħriġ. Il-kriżi ekonomika għamlitha iktar diffiċli biex wieħed isib xogħol. Aktar minn 1 minn 5 żgħażagħ hu bla xogħol. Fil-Greċja u fi Spanja ċ-ċifra hi ogħla minn 1 minn 2.

Biex tgħinhom, il-Kummissjoni qed tipproponi pakkett ta' miżuri DeutschEnglishfrançais, inkluża rakkomandazzjoni għall-pajjiżi tal-UE biex jimplimentaw programm ta' garanzija ta' xogħol u taħriġ għal dawk taħt il-25 sena.

Bi programmi simili l-pajjiżi tal-UE se jiżguraw li ż-żgħażagħ kollha jirċievu offerta ta' xogħol, iktar edukazzjoni jew apprendistat fi żmien 4 xhur wara li jispiċċaw l-edukazzjoni formali jew wara li jispiċċaw bla xogħol.

Il-Kummissjoni se tappoġġja l-programmi nazzjonali billi tipprovdi finanzjament tal-UE u billi tifforma netwerks għal skambju ta' ideat dwar l-aħjar modi biex iż-żgħażagħ jirnexxilhom isibu xogħol, taħriġ jew apprendistat.

Il-Finlandja u l-Awstrija diġà għandhom programmi ta' garanzija simili. Programmi bħal dawn se jiswew il-flus lil min iħallas it-taxxi – madwar €21 biljun – iżda din l-ispiża hi ħafna inqas mill-ispiża li kieku dawn iż-żgħażagħ jibqgħu b'xejn.

Minbarra t-tbatija li ż-żgħażagħ u l-familji tagħhom jgħaddu minnha, l-ispiża tal-qgħad fost iż-żgħażagħ għall-ekonomija tal-Ewropa hi ekwivalenti għal madwar 1.2% tal-PGD tal-UE, jew €150 biljun fis-sena English (l-ammont tal-benefiċċji mħallsa u t-telf mit-taxxi fuq id-dħul).

Għajnuna meħtieġa issa

Hu importanti wkoll li nagħtu daqqa t'id issa minflok ma nistennew li l-ekonomija tirkupra. Aktar ma ż-żgħażagħ jibqgħu bla xogħol u bla esperjenza ta' xogħol, akbar ikun ir-riskju li jitħallew barra mis-suq tax-xogħol meta l-ekonomija terġa' tirkupra.

Fl-Ewropa madwar 30% taż-żgħażagħ mingħajr xogħol ilhom qiegħda għal aktar minn 12-il xahar – 1.6 miljun fl-2011, meta mqabbel ma' 900,000 fl-2008.

Il-pakkett ta' miżuri hu tweġiba għal talba mill-mexxejja tal-UE u l-Parlament Ewropew. Huwa segwitu għal miżuri diġà fis-seħħ biex jgħinu lin-nies jerġgħu lura l-iskola, jagħmlu taħriġ vokazzjonali jew jiksbu l-ewwel esperjenza ta' xogħol.

Aktar infomrazzjoni dwar il-programmi tal-UE għal xogħol għaż-żgħażagħ

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli