Mogħdija tan-navigazzjoni

It-tqabbil tal-impjiegi ma' dawk li qed ifittxu impjieg - 03/12/2012

Lowgo b'ċirku ta' stilel tal-UE u bil-kelma "Eures" @ EU

Is-servizz tal-impjiegi onlajn tal-UE se jespandi biex jinkludi aktar impjiegi battala u jilħaq aktar nies bla xogħol milli diġà qed jagħmel.

B'25 miljun persuna attwalment mingħajr xogħol, il-ħolqien tal-impjiegi hu prijorità għall-UE. Għal bosta, teżisti s-soluzzjoni li jinsab impjieg f'pajjiż ieħor tal-UE, fejn hemm impjiegi battala għall-mestier partikulari tagħhom.

L-impjiegi huma disponibbli madwar l-Ewropa – l-għadd ta' impjiegi battala żdied min-nofs l-2009, b'mod partikulari fl-oqsma bi żvilupp għoli bħall-IT, it-telekomunikazzjonijiet u l-ekonomija ekoloġika.

Bi tweġiba, il-Kummissjoni qed taġġusta s-servizz tagħha għas-sejba ta' impjieġi mal-Ewropa kollha – EURES – biex dan jaqdi aħjar id-domanda ta' dawk li qed ifittxu impjieg u ta' min iħaddem. Dan in-netwerk ta' servizzi pubbliċi għall-impjiegi attwalment ikopri sa 40% tal-impjiegi disponibbli f'31 pajjiż Ewropew, kif ukoll jissupplixxi bażi tad-dejta onlajn ta' 750,000 CVs.

Taħt strateġija ġdida English , EURES se jespandi biex joffri aktar impjiegi milli qed jagħmel billi jinkludi fin-netwerk l-aġenziji privati għall-impjiegi. Dawn se jkunu akkreditati u sorveljati mill-uffiċċji nazzjonali maħluqin mill-pajjiżi kollha li jipparteċipaw.

B'din l-istrateġija EURES se jkun aktar iffokat biex jgħin żgħażagħ bla xogħol isibu impjieg jew jingħataw apprendistat jew taħriġ.

Il-websajt tal-impjiegi hu bla ħlas u jagħti wkoll informazzjoni dwar l-għajxien u l-kundizzjonijiet tax-xogħol fil-pajjiżi parteċipanti – b'25 lingwa.

27 pajjiż tal-UE ilkoll qed jipparteċipaw f'EURES, flimkien man-Norveġja, l-Islanda, il-Liechtenstein u l-Isvizzera.

Il-websajt għandu 4 miljun żjara fix-xahar u r-referenzi li jiġġenera jirriżultaw f'madwar 50,000 impjieg fis-sena.

Tista' takkwista aktar dettalji fiżikament billi tmur għal sessjoni ta' informazzjoni dwar EURES viċin tiegħek.

Pjan għall-impjiegi

Ir-riforma ta' EURES hi skont l-aġenda tal-UE għall-kapaċitajiet u impjiegi ġodda, li għandha l-għan li tagħmel is-swieq tax-xogħol aktar flessibbli, tagħti lill-ħaddiema l-kapaċitajiet meħtieġa, ittejjeb il-kundizzjonijiet tax-xogħol u toħloq l-impjiegi.

L-għan ewlieni – sal-2020 – hu li tinkiseb rata tal-impjieg ta' 75% għall-persuni kollha bejn l-20 u s-64 sena. Dan hu wieħed minn 5 elementi ewlenin tal-istrateġija tal-UE għat-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi, Ewropa 2020.

Ir-riformi ta' EURES mistennija li jiġu implimentati sal-aħħar tal-2013.

Aktar dwar il-politika Ewropea tal-impjiegi

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli