Għodod għall-aċċessibilità
Għodod tas-servizz
Selettur tal-lingwa
Mogħdija tan-navigazzjoni
L-UE tippromwovi programmi biex tgħin l-anzjani jibqgħu attivi fil-komunitajiet tagħhom billi tagħti għarfien lil uħud mill-aħjar inizjattivi.
Varjetà wiesgħa ta' programmi fl-UE kollha jappoġġaw il-persuni anzjani fix-xewqa tagħhom li jibqgħu jikkontribwixxu lis-soċjetà wara li jirtiraw. Dawn jiżguraw li l-komunitajiet ikomplu jibbenefikaw mill-kapaċitajiet u mit-tagħrif li jkunu akkwistaw matul ħajjithom.
Il-Kummissjoni tagħti għarfien lil xi wħud mill-programmi li jispikkaw bl-għoti ta' premjijiet. Ir-rebbieħa ta' din is-sena huma:
Bruno Põder minn Kersti Skovgaard, l-Estonja ngħata premju individwali bħala għarfien għax-xewqa li jikkontribwixxi lis-soċjetà tiegħu billi jibqa' jaħdem bħala kirurgu sa 80 sena.
Strateġija ta' appoġġ għall-anzjanità attiva
Il-profil tal-età tal-popolazzjoni tal-UE mistenni jinbidel b'mod drammatiku fid-diċennji li ġejjin – kważi terz tal-Ewropej se jkollhom 65 sena jew aktar sal-2060 ![]()
.
Ix-xjuħija tal-popolazzjoni tfisser li se jkun hemm ukoll anqas persuni bl-età tax-xogħol – ixxiftjar minn 4 persuni bl-età tax-xogħol għal tnejn biss għal kull pensjonant. Dawn it-tibdiliet demografiċi mistennija li jħallu konsegwenzi sustanzjali fuq il-finanzi pubbliċi fl-UE – pereżempju fuq is-sistemi tal-pensjonijiet u fuq in-nefqa għas-servizzi tal-kura tas-saħħa.
Il-Kummissjoni ħolqot il-premjijiet biex tippromwovi modi li bihom jiġu ffaċċjati l-isfidi tax-xjuħija. Il-programmi għal anzjanità attiva jistgħu jgħinu l-anzjani jsibu opportunitajiet ġodda ta' impjieg, jipparteċipaw fis-soċjetà, u jgħixu b'mod indipendenti għall-aktar żmien possibbli.