Mogħdija tan-navigazzjoni

Impjiegi disponibbli madwar l-Ewropa - 05/10/2012

Mara b'pinna tħares lejn it-taqsima tal-impjiegi ta' gazzetta © EU

Iltaqa' ma' min iħaddem u tkixxef dwar xogħol f'pajjiżi oħra tal-UE permezz ta' seminars u laqgħat ta' ħidma fi Brussell, 6 ta' Ottubru 2012. Irreġistra biex tipparteċipa personalment jew onlajn.

Iseħħu mijiet ta' Jiem tal-Impjiegi matul is-sena madwar l-Ewropa kollha. Dawn jippreżentaw opportunità ideali għall-eks studenti, il-gradwati u l-persuni b’esperjenza tax-xogħol biex jiskopru x'impjiegi huma disponibbli f'pajjiżi Ewropej oħra.

L-avveniment prinċipali hu l-Jum Ewropew tal-Impjiegi fi Brussell nhar is-Sibt, 6 ta' Ottubru, mill-10.00 sal-17.00 fil-kwartieri Berlaymont tal-Kummissjoni.

Dawk li qed ifittxu x-xogħol għandhom iċ-ċans jiġu intervistati fuq il-post minn min iħaddem minn madwar l-Ewropa. Tista’ wkoll issib informazzjoni u pariri dwar kif ifittxu u japplikaw għall-impjiegi f'pajjiżi oħra tal-UE. Konsulenti mill-portal tal-impjiegi onlajn EURES se jkunu disponibbli biex jgħinuk tirfina t-tiftixa tiegħek.

Reġistrazzjoni għall-Jum Ewropew tal-Impjiegi

Il-parteċipazzjoni hija bla ħlas – kemm jekk tmur personalment kif ukoll jekk tieħu sehem elettronikament. Trid sempliċiment tirreġistra onlajn u tpoġġi s-CV tiegħek fuq is-sit. Tista' wkoll tispeċifika x'tip ta' impjiegi int interessat fihom biex dawk li qed ifittxu l-ħaddiema jkunu jistgħu jaraw is-CV tiegħek bil-quddiem. Jekk se tmur personalment, ġib xi kopji stampati miegħek, biex tagħtihom lil min iħaddem waqt l-avveniment.

Aktar minn 60 kumpanija se jkunu preżenti fi Brussell sabiex jiddiskutu għal kandidati potenzjali. Madwar 2,000 impjieg ikunu offrutu fl-avveniment.

Jekk ma tistax tmur Brussell, irreġistra biex tieħu sehem onlajn. Imbagħad fil-jum tal-avveniment tista' tikkuntattja lil min iħaddem jew lil-konsulenti tal-EURES direttament billi tuża ċ-chat jew il-konnessjoni bl-awdjo jew bil-vidjo. Daħlu madwar 70 kumpanija biex jiltaqgħu ma’ persuni li qed ifittxu impjieg madwar l-Ewropa.

Tista' wkoll issegwi l-preżentazzjonijiet imxandrin b'mod dirett u tagħmel xi mistoqsijiet lil membri tal-Bord.

Jum l-Impjiegi ta' din is-sena jiffoka fuq is-setturi ta’ tkabbir li l-Kummissjoni identifikat fil-pakkett ta’ rakkomandazzjonijiet ta' April 2012, jiġifieri l-ekonomija ekoloġika, il-kura tas-saħħa u l-ekonomija diġitali.

Is-sena l-oħra, Jum l-Impjiegi fi Brussell ġibed madwar 10,000 persuna li kienu qed ifittxu impjieg. Filwaqt li dawk li kienu qed ifittxu l-impjegati ġabru madwar 6,000 CV u 700 viżitaturi ġew ikkuntattjati għat-tieni intervista.

Madwar l-UE

Matul is-sena tista' ssib informazzjoni dwar impjiegi qribek permezz tal-kalendarju tal-avvenimenti EURES.

Aktar dwar il-politika Ewropea tal-impjiegi

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli