Mogħdija tan-navigazzjoni

Lejn irkupru li jwassal għall-ħolqien abbundanti ta’ impjiegi - 19/04/2012

Sitt ħaddiema © EU

Rakkomandazzjonijiet lill-gvernijiet nazzjonali għal azzjoni kkoordinata fil-ħolqien tal-impjiegi, ir-riformi tas-suq tax-xogħol, l-investiment fil-ħiliet, l-għażla tax-xogħol mal-ħaddiema, il-politiki u l-finanzjament tal-impjieg.

Il-ħolqien tax-xogħol hija waħda mill-kwistjonijiet l-aktar urġenti tal-UE filwaqt li titħabat biex toħroġ mill-kriżi ekonomika. Il-qgħad tela' aktar minn qatt qabel – madwar 24.5 miljun ruħ jinsabu bla xogħol English, iktar minn 10% tal-ħaddiema.

Bħala rispons, il-Kummissjoni qed tħejji pakkett ta' rakkomandazzjonijiet – kemm ġenerali kif ukoll għas-setturi speċifiċi – dwar l-aħjar modi biex nagħtu spinta fid-domanda għall-ħaddiema u ngħinu n-nies issib ix-xogħol.

Ir-rakkomandazzjonijiet għandhom l-għan li jipprovdu lil dawk li qed ifittxu x-xogħol b'aktar taħriġ u opportunitajiet ta' impjieg. Dawk li jaħdmu jkollhom għajnuna biex jiksbu s-snajja' li jeħtieġu biex jibqgħu aġġornati mar-rekwiżiti l-ġodda. Dawk li joħolqu impjiegi ġodda wkoll ikollhom appoġġ.

Ir-rakkomandazzjonijiet ġenerali jinkludu:

  • li l-kumpaniji, l-intraprendituri u dawk li jaħdmu għal rashom jiġu mħeġġa joħolqu l-impjiegi permezz ta' appoġġ li jinkludi pagi deċenti u sostenibbli
  • li jiġu mmirati industriji ewlenin fejn qed jiġu ġenerati l-impjiegi: l-ekonomija ambjentali, is-saħħa u s-settur tal-kura soċjali, l-ekonomija diġitali, eċċ.
  • li jintużaw programmi attwali tal-UE biex jiġi ffinanzjat il-ħolqien tal-impjiegi
  • li jiġu riformati s-swieq tax-xogħol biex jissodisfaw id-domanda tal-ġejjieni
  • li jiġu żviluppati programmi li jħeġġu t-taħriġ tul il-ħajja u li ż-żgħażagħ jingħataw taħriġ biex javvanzaw fil-karriera
  • li ninvestu f'taħriġ tas-snajja' li jantiċipaw it-talbiet tax-xogħol tal-ġejjieni
  • li jitneħħew l-ostakli għas-sejbien tax-xogħol f'pajjiżi oħra tal-UE
  • it-titjib tal-koordinazzjoni tal-politiki tal-impjieg madwar l-Ewropa
  • li nżidu l-involviment tal-gruppi ta' min iħaddem u tal-ħaddiema fit-tfassil tal-politika tal-impjieg.

Il-passi li jmiss

Jekk jiġu implimentati, ir-rakkomandazzjonijiet għandhom jgħinu lill-UE ssib ix-xogħol għal 75% tan-nies bejn 20 u 64 sena sal-2020 – wieħed mill-għanijiet tal-istrateġija għall-iżvilupp Ewropa 2020.

Sa mill-bidu tal-2013 għandu jkun hemm tabella li turi l-progress.

Strateġija Ewropea dwar l-Impjiegi – il-ħolqien ta' aktar impjiegi li huma impjiegi aħjar

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli