Mogħdija tan-navigazzjoni

Inħarsu l-pensjonijiet tagħna - 20/02/2012

L-UE tfassal pjanijiet sabiex tiżgura li n-nies jirċievu pensjonijiet xierqa meta jirtiraw.

Wieħed minn kull erba' Ewropej jiddependi mill-pensjoni tiegħu bħala sors ewlieni ta' dħul. Billi n-numru ta' pensjonanti mistenni jikber b'rata iżjed mgħaġġla mill-popolazzjoni ta' ħaddiema, il-gvernijiet qed jaffaċċjaw sfida importanti meta jiġu biex iwasslu pensjonijiet ġusti, sikuri u sostenibbli.

Hekk kif il-kriżi ekomonika tkompli żżid il-pressjoni finanzjarja fuq il-baġits nazzjonali, l-UE qed tara kif għandha taħdem mal-gvernijiet sabiex ikomplu jipprovdu pensjonijiet deċenti fil-futur.

Billi jkompli fejn ħallew il-konsultazzjoni fuq is-sistemi tal-pensjonijiet Ewropej u l-istħarriġ annwali dwar it-tkabbir ekonomiku 2012 DeutschEnglishfrançais tal-Kummissjoni, id-dokument ta' politika għal pensjonijiet sostenibbli  l-ġdid ifittex li jqassam aħjar iż-żmien ta' xogħol u ż-żmien ta' rtirar, jiżgura li dawk li jmorru jgħixu f'pajjiż ieħor iżommu d-drittijiet għall-pensjoni, u jgħin lin-nies sabiex iġemmgħu iżjed għall-futur.

Il-proposti ewlenin jinkludu:

  • l-adattament tal-post tax-xogħol u tal-prattiċi tas-suq tax-xogħol sabiex jitjiebu l-opportunitajiet għal ħaddiema kbar fl-età
  • l-inkoraġġiment lil min iħaddem u lill-għaqdiet tal-ħaddiema sabiex jiżviluppaw skemi ta' rtirar privati u t-tħeġġiġ lill-gvernijiet sabiex jipprovdu inċentivi inklużi eżenzjonijiet mit-taxxa
  • il-ħarsien aħjar tal-iskemi ta' pensjonijiet supplimentari għal dawk li ħadmu f'iżjed minn pajjiż wieħed tal-UE
  • it-tlaqqigħ tal-età tal-irtirar mal-istennija tal-ħajja, ir-restrizzjoni tal-irtirar kmieni u t-tneħħija tad-differenza fil-pensjoni bejn l-irġiel u n-nisa.

Għalkemm il-gvernijiet nazzjonali huma prinċipalment responsabbli mis-sistemi tal-pensjonijiet, dawn qed isiru dejjem aktar kwistjoni ta' tħassib komuni. L-istess bħalma għamlet bl-istrateġija għall-impjiegi u t-tkabbir ekonomiku tal-UE, il-Kummissjoni se tkompli tosserva mill-qrib u ssostni r-riformi tal-pensjonijiet.

L-UE tista' żżid il-valur permezz ta' leġiżlazzjoni, fondi u koordinazzjoni ta' politiki. Dan jinkludi regoli sabiex tiġi indirizzata d-diskriminazzjoni (b'mod partikolari dik ibbażata fuq is-sess u l-età), appoġġ finanzjarju sabiex ħaddiema akbar fl-età jitħallew fis-suq tax-xogħol u rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi sabiex jiggwidaw lill-gvernijiet.

Fl-2011 il-Kummissjoni pprovdiet rakkomandazzjonijiet għal 16-il pajjiż, u ħamsa oħra rreġistraw sabiex jagħmlu riforma.

Il-pensjonijiet fl-UE DeutschEnglishfrançais

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli