Mogħdija tan-navigazzjoni

Ivjaġġa b'mod sikur - ġorr il-karta tas-saħħa miegħek - 16/06/2011

Karta tal-assigurazzjoni tas-Saħħa Ewropea b'xejn tħaffef l-aċċess għall-kura medika fil-pajjiżi kollha tal-UE kif ukoll l-Islanda, il-Liechtenstein, in-Norvepja u l-Isvizzera.

Gidma ta' brama, reazzjoni allerġika, sieq miksura, jew xi inċident jew mard aktar gravi jista' f'daqqa waħda jbiddel vakanza jew safra fuq xogħol f'esperjenza kerha.

Il-problema tkun diġà diffiċli. Imma l-affarijiet isiru agħar meta jkollok tħabbat wiċċek ma' sistema tal-kura tas-saħħa li ma tafx u tħallas xi kemxa għall-emerġenza.

Meta ġġorr il-Karta tal-assigurazzjoni tas-Saħħa Ewropea English miegħek il-kura medika ssir aktar faċli meta tkun qed tivvjaġġa fl-UE.

Iċ-ċittadini tal-UE jibbenefikaw minn ftehim bejn is-27 pajjiżi membri - flimkien mal-Islanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja u l-Isvizzera - li jagħmilna lkoll intitolati għal benefiċċji tas-sigurtà soċjali meta naħdmu, ngħixu jew nivvjaġġaw f'dawn il-pajjiżi kollha.

Dan jinkludi l-aċċess għas-servizzi u l-benefiċċji tas-saħħa pprovduti għaċ-ċittadini tal-pajjiż li nkunu qed inżuru.

Trattament ugwali

Il-karta tas-saħħa turi lit-tobba, l-isptarijiet u l-ispiżeriji li aħna intitolati għal trattament ugwali.

Skont il-liġijiet tal-pajjiż li nkunu qegħdin fih, il-kura tas-saħħa ħafna drabi tkun b'xejn. U jekk ikollna nħallsu, il-flus nerġgħu noħduhom lura.

Il-karta tkopri wkoll il-kura għal nisa tqal, u s-sorveljanza ta' kundizzjonijiet kroniċi li kienu jeżistu qabel il-vjaġġ, bħal ażma, dijabete jew kanċer.

Jista' jagħti l-każ li jkollhom isiru xi arranġamenti minn qabel għall-aċċess għal servizzi speċjali, bħal trattament ta' djaliżi.

Mingħajr il-karta, il-vjaġġaturi xorta huma intitolati għal trattament ugwali imma jistgħu jkollhom jitolbu l-fornitur tal-kura tas-saħħa f'pajjiżhom jibgħat faks jew email b'ċertifikat provviżorju.

Jista' jkollhom ukoll iħallsu kollox u mbagħad jagħmlu talba uffiċċjali biex jieħdu l-flus lura meta jaslu lura f'pajjiżhom, iżda dan ma jiggarantix li jieħdu flushom kollha lura.

Ikseb il-karta, veru faċli

Il-Karta tal-assigurazzjoni tas-Saħħa Ewropea hija disponibbli b'xejn. Ikkuntattja l-fornitur lokali tas-saħħa biex jgħidlek kif tagħmel waħda. Trid tkun diġà kopert minn sistema ta' sigurtà soċjali f'wieħed mill-31 pajjiżi.

Il-persuni li jmorru f'wieħed minn dawn il-pajjiżi biex jistudjaw jew jaħdmu temporanjament bħala parti minn xogħlhom ukoll huma koperti.

Kważi 185 miljun ruħ għandhom din il-karta.

Aktar tagħrif dwar il-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali tal-UE

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli