Mogħdija tan-navigazzjoni

Nagħlqu d-distakk bejn l-irġiel u n-nisa - 04/03/2011

Riċerkatur mara f'laboratorju © istock/Lise Gagne

L-ewwel jum tal-UE ddedikat għal paga ugwali fil-5 ta' Marzu juri impenn biex tintemm id-diskriminazzjoni kontra n-nisa fuq il-post tax-xogħol.

Paga ugwali għal xogħol ugwali hu prinċipju relatat ma' wieħed mill-prinċipji ewlenin tal-UE, in-nuqqas ta' diskriminazzjoni. Filwaqt li d-distakk fil-paga bejn l-irġiel u n-nisa li jagħmlu l-istess xogħol naqas, il-progress huwa kajman - fuq medja, in-nisa għadhom jaqilgħu 17.5% inqas mill-irġiel.

Il-jum għal paga ugwali se jsir fil-5 ta' Marzu għal raġuni speċifika. Biex tilħaq l-ammont li raġel jaqla' f'sena, mara - li taqla 17.5% inqas - ikollha taħdem xahrejn żejda - sal-5 ta' Marzu.

Id-distakk fil-paga jammonta mad-diskriminazzjoni u l-inugwaljanzi kontinwi fuq il-post tax-xogħol u għandu effetti li jinħassu fit-tul. Ngħidu aħna, inqas paga tfisser pensjoni iktar baxxa. B'riżultat ta' dan, 22% tan-nisa 'l fuq minn 65 sena jinsabu fir-riskju tal-faqar meta mqabbla mas-16% tal-irġiel.

Biex tegħleb din id-diskriminazzjoni, il-Kummissjoni se:

  • tiżviluppa programmi fuq il-post tax-xogħol bħal premjijiet u klassifikazzjonijiet għall-kumpaniji li jtejbu l-ugwaljanza bejn is-sessi
  • tgħin lil min iħaddem jidentifika u jikkoreġi d-distakki mhux ġustifikati fil-paga billi tipprovdihom bl-għodod adegwati bħal kalkolaturi tal-paga bejn is-sessi
  • tinkuraġġixxi lin-nisa u l-irġiel jidħlu fi professjonijiet fejn mhumiex rappreżentati biżżejjed.
  • tagħmilha iktar faċli kemm għall-irġiel u kemm għan-nisa biex isibu l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata,
  • ittejjeb it-trasparenza fil-paga u l-effett tal-paga ugwali tal-kuntratti part-time u b'termini fissi (ħafna drabi mgħotija lin-nisa)

L-UE qed taħdem ukoll biex ittemm diskriminazzjoni oħra fuq il-post tax-xogħol - l-ostaklu li jwaqqaf lin-nisa milli jilħqu l-ogħla pożizzjonijiet.

Wara laqgħa mal-mexxejja tan-negozju l-ġimgħa li għaddiet, il-Kummissjoni nediet mod volontarju English għall-kumpaniji pubbliċi biex iwiegħdu li se jżidu l-għadd ta' nisa fuq il-bordijiet tagħhom għal 30% sal-2015 u għal 40% sal-2050.

Wara sena, l-UE se tevalwa l-progress. Jekk dan ma jkunx sodisfaċenti, il-Kummissjoni se tikkunsidra passi - inkluża liġi - biex tinforza bidla minn fuq. Bħalissa, 12% biss tal-membri tal-bordijiet tal-ikbar kumpaniji tal-Ewropa huma nisa.

Il-metodi biex tintemm id-diskriminazzjoni jsegwu l-istrateġija għall-ugwaljanza bejn is-sessi tal-Kummissjoni u se jiġu enfasizzati wkoll f'Jum il-Mara fit-8 ta' Marzu.

Aktar tagħrif dwar l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa

Kampanja dwar id-distakk fil-paga

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli