Mogħdija tan-navigazzjoni

Is-Sena - Ewropea tal-Volontarjat 2011 - 06/01/2011

Logo tas-Sena Ewropea tal-Volontarjat, li fih jidhru 3 dirgħajn issikkati flimkien © EU

Kampanja ta' sena sħiħa ta' rikonoxximent għax-xogħol tal-voluntieri attivi, li tindirizza l-isfidi li dawn jiltaqgħu magħhom u li tħeġġeġ ħalli aktar persuni jinvolvu ruħhom.

Il-volontarjat hu ta' benefiċċju għal kulħadd u jressaq il-komunitajiet aktar lejn xulxin. Għall-voluntiera, dan hu mezz li bih jagħtu xi ħaġa lura lis-soċjetà u li jgħinhom jakkwistaw kapaċitajiet ġodda. Dan jista' jsir b'diversi modi, bħal meta wieħed jagħti daqqa t'id fi klabb sportiv, fi skola, fi sptar jew f'organizzazzjoni karitattiva. Illum il-ġurnata, madwar 20% tal-Ewropej jagħtu ħinhom għall-volontarjat.

Is-Sena Ewropea tal-Volontarjat DeutschEnglishfrançaisNederlands għandha l-għan li tħeġġeġ aktar persuni jinvolvu ruħhom billi:

  • tagħmilha eħfef li wieħed jivvolontarja
  • tippremja lill-voluntieri, pereżempju billi formalment jingħata rikonoxximent lill-kapaċitajiet akkwistati matul xogħolhom
  • ittejjeb il-kwalità tal-volontarjat billi jingħata taħriġ u billi voluntiera jsibu posthom b'mod adatt fejn meħtieġ
  • tqajjem għarfien għall-valur tal-volontarjat.

Matul is-sena, grupp ta' voluntiera se jżuru l-UE biex juru lill-pubbliku t-tip ta' xogħol li qed jagħmlu. Matul l-għaxart ijiem tagħhom f'kull pajjiż se jiltaqgħu wkoll ma' dawk li jfasslu l-politika biex jiddiskutu magħhom x'inhu l-aktar importanti għalihom.

Tim ta' 27 ġurnalist voluntier wieħed wara l-ieħor skont min imissu se jkunu qed jirrapportaw dwar kull waqfa taż-żjara u se jipproduċu sensiela ta' rapporti awdjoviżivi u miktubin li se jixxandru u jiġu ppubblikati fil-midja u onlajn.

Se jiġu organizzati erba' konferenzi importanti matul is-sena biex jiġu vvalutati l-kwistjonijiet importanti relatati mal-volontarjat.

Il-ħidma fil-livell nazzjonali se tkun ikkoordinata minn Alliance EYV English, amalgamazzjoni ta' 33 netwerk Ewropew tal-volontarjat imwaqqaf fl-2007. Voluntiera potenzjali jistgħu jużaw il-websajt ta' Alliance biex isibu informazzjoni dwar l-opportunitajiet ta' volontarjat, jimpenjaw ruħhom għal ammont speċifiku ta' ħin u anki jaraw kemm sigħat ta' volontarjat kienu mwegħdin mill-1 ta' Jannar.

L-UE ilha taħdem biex tippromwovi l-volontarjat għal ħafna snin u fl-1996 waqqfet is-Servizz Ewropew tal-Volontarjat DeutschEnglishfrançais biex iż-żgħażagħ jitħeġġu jivvolontarjaw barra pajjiżhom f'komunitajiet lokali.

Is-Sena Ewropea taħbat ma' attivitajiet kumplementari tan-NU li jfakkru l-għaxar anninversarju tas-Sena Internazzjonali tal-Voluntiera.

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli