Mogħdija tan-navigazzjoni

Insaħħu l-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali - 16/12/2010

Tallab fit-triq © EU

Pjan ġdid jistabbilixxi strateġija biex 20 miljun ruħ joħorġu mill-faqar - mira tal-UE għall-2020.

Iktar minn 80 miljun ruħ fl-UE jinsabu fir-riskju tal-faqar, u l-problema marret għall-agħar minħabba l-kriżi ekonomika - dawk l-iktar vulnerabbli batew l-iktar. Biex tintlaħaq il-mira tal-UE għall-2020 English, il-ħidma jeħtiġilha tinbeda llum stess.

Il-pjattaforma Ewropea kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali English se tħeġġeġ modi ġodda ta' ħidma u se tgħin lill-gvernijiet u lill-atturi oħra jiżviluppaw metodi iktar effettivi u innovattivi biex jindirizzaw il-faqar.

Għalkemm il-ġlieda kontra l-faqar hi primarjament ir-responsabbiltà tal-pajjiżi membri individwali, il-miri u l-metodi tal-UE għenu biex il-politiki nazzjonali li jindirizzaw, ngħidu aħna, il-faqar tat-tfal u dawk bla dar, isiru iktar effettivi.

Il-Kummissjoni issa trid tippromwovi l-innovazzjoni fil-politika soċjali, billi tuża proġetti żgħar biex tevalwa politiki u riformi potenzjali ġodda. L-għan hu li l-pajjiżi tal-UE jitgħallmu mill-esperjenzi ta' xulxin, u jirfinaw il-politiki soċjali tagħhom biex ikollhom impatt ikbar.

Fis-snin li ġejjin, partikolarment l-2011 u l-2012, se naraw firxa ta' inizjattivi, inklużi l-koordinazzjoni ta' taqsim volontarju ta' politiki u informazzjoni, leġiżlazzjoni ġdida u finanzjament ta' proġetti. Azzjonijiet speċifiċi se jkunu mmirati għal dawk bl-ogħla riskju, inklużi ż-żgħażagħ, persuni b'diżabbiltà u gruppi minoritarji bħar-Roma.

Il-ġlieda kontra l-faqar mhux bilfors timplika iktar infiq. Għan ewlieni hu li r-riformi jwasslu għal effiċjenza ikbar. L-enfasi ewlieni fuq l-innovazzjoni soċjali u l-esperimentazzjoni għandu jgħin lill-UE u lill-membri tagħha jidentifikaw fejn ir-riżorsi jistgħu jħallu l-ikbar impatt.

Dawn l-inizjattivi jimmarkaw il-bidu ta' fażi ġdida ta' politiki tal-UE dwar l-esklużjoni soċjali, u se jieħdu vantaġġ mill-impetu li tqanqal mis-Sena Ewropea 2010 kontra l-faqar u l-esklużjoni.

Il-kampanja tul din is-sena mmobilizzat is-setturi kollha tas-soċjetà u għenet biex il-kwistjoni tal-faqar tibqa' fuq nett tal-aġenda politika, b'iktar minn 700 proġett f'29 pajjiż.

Azzjoni tal-UE għall-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli