Mogħdija tan-navigazzjoni

Noħolqu iktar impjiegi ta' kwalità - 23/11/2010

Mara b'pinna tħares lejn it-taqsima tal-impjiegi ta' gazzetta © EU

Pjan ġdid għal rata ta' impjieg ta' 75% fl-UE sal-2020.

L-aġenda għal kapaċitajiet u impjiegi ġodda għandha l-għan li tagħmel is-swieq tax-xogħol iktar flessibbli, tagħti lill-ħaddiema l-kapaċitajiet li jeħtieġu, ittejjeb il-kundizzjonijiet tax-xogħol u toħloq l-impjiegi.

L-għan ewlieni - sal-2020 - hu li tinkiseb rata tal-impjieg ta' 75% għall-persuni kollha bejn l-20 u l-64 sena. Dan hu wieħed minn ħames elementi ewlenin tal-istrateġija tal-UE għat-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi, Ewropa 2020 English .

Il-ħolqien tal-impjiegi hu wieħed mill-iktar problemi urġenti tal-Ewropa. Illum, 10% ta' dawk bejn l-20 u l-64 sena - madwar 23 miljun persuna - jinsabu bla xogħol. U dan mhux għaliex m'hemmx impjiegi disponibbli. L-estimi juru li sal-2015, l-UE se jkollha nuqqas ta' 2.7 miljun ħaddiem imħarrġa fl-informatika, is-saħħa u s-setturi tar-riċerka.

Il-popolazzjoni li qed tixjieħ tikkumplika iktar is-sitwazzjoni. Il-perċentwal ta' dawk li għandhom impjieg għandu jiżdied biex jagħmel tajjeb kemm għall-għadd kbir ta' persuni li mistennija jirtiraw fil-ftit snin li ġejjin u kif ukoll għall-għadd ta' impjiegi li ntilfu matul ir-reċessjoni.

L-aġenda għandha erba' prijoritajiet:

L-immodernizzar tas-swieq tax-xogħol

Kuntratt wieħed għal żmien mhux determinat jagħti lill-impjegati iktar protezzjoni milli jitkeċċew iktar ma jkunu ilhom jaħdmu. Il-kuntratt għandu jipprovdi iktar sigurtà tal-impjieg għall-ħaddiema, iżda jkun biżżejjed flessibbli biex iħeġġeġ lil min iħaddem jimpjega n-nies.

It-tqabbil tal-kapaċitajiet mal-impjiegi

Bażi tad-dejta onlajn li tbassar il-provvista tal-kapaċitajiet u d-domanda tas-suq se tgħin lill-persuni jagħmlu għażliet ta' edukazzjoni u taħriġ ibbażati fuq is-suq tax-xogħol tal-futur, biex ikollhom prospetti tajba ta' impjieg.

In-negozji jkunu jistgħu jżuru s-sit ukoll, u jsir iktar faċli għalihom li jsibu ħaddiema bil-kapaċitajiet li jkollhom bżonn. Din l-azzjoni preventiva għandha tevita n-nuqqas ta' kapaċitajiet.

Il-pjan iħeġġeġ ukoll ir-rikonoxximent tal-kwalifiki fl-UE kollha, permezz tal-'Passaport tal-kapaċitajiet tal-UE'.

It-titjib tal-kwalità tal-impjiegi u tal-kundizzjonijiet tax-xogħol

Il-kummissjoni se tirrevedi l-liġijiet eżistenti dwar il-ħinijiet tax-xogħol, is-saħħa u s-sikurezza u l-integrazzjoni tal-ħaddiema li mhumiex mill-UE.

Il-ħolqien tal-impjiegi

Il-kummissjoni se tipproponi modi kif jinħolqu l-impjiegi billi titnaqqas il-burokrazija. Dawn se jinkludu tnaqqis ta' spejjeż indiretti tax-xogħol u l-indirizzar ta' ostakli legali biex jiġu impjegati l-ħaddiema, it-twaqqif ta' kumpaniji ġodda u x-xogħol indipendenti.

Il-kummissjoni biħsiebha tapplika t-13-il punt ta' azzjoni tal-aġenda bejn illum u l-2014.

Aktar tagħrif dwar il-pjan tal-UE għall-impjiegi

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli