Mogħdija tan-navigazzjoni

Opportunitajiet ta' karrieri fl-Ewropa kollha - 01/10/2010

Din il-ħarifa, il-Jiem Ewropej tal-Impjiegi 2010 jagħtu l-possibbiltà lil dawk li qed ifittxu xogħol li jiltaqgħu ma' min iħaddem mill-Ewropa kollha, u jitkixxfu dwar xogħol f'pajjiżi oħra tal-UE permezz ta' seminars u gruppi ta' ħidma.

Din il-ħarifa, dawk li qed ifittxu x-xogħol jisgħu jiltaqgħu ma' dawk li jħaddmu f'500 avveniment li qed jittellgħu fl-UE kollha. Il-Jiem Ewropej tal-Impjiegi huma opportunità ideali għall-istudenti li qed iħallu l-iskola, il-gradwati u l-persuni li diġà għandhom esperjenza professjonali biex jiskopru x'impjiegi jinsabu disponibbli f'pajjiżi oħra Ewropej.

Is-suq Ewropew tal-impjiegi kien qed juri sinjali ta' rkupru din is-sena. Billi s-sitwazzjoni tal-impjiegi stabbilizzat ruħha fl-ewwel parti tas-sena, ir-rata tal-qgħad ibbilanċjat ruħha fi Frar għal 9.6%.

Iżda din għadha xorta waħda ogħla minn dawk ta' snin preċedenti - 9.1% f'Lulju 2009 u 6.7% f'Lulju 2008 - sinjal ċar li s-suq tax-xogħol għadu ma ħariġx mill-kriżi.

Madankollu, minkejja l-fruntieri miftuħin fl-UE, bosta Ewropej li qed jipprovaw isibu mezz kif jaħarbu mill-kriżi u mill-qgħad għadhom xorta mhumiex ifittxu barra pajjiżhom. Il- Jiem Ewropej tal-Impjiegi 2010 huma maħsubin biex jgħinuhom jagħmlu dan. F'aktar minn 200 belt Ewropea, dawk li qed ifittxu x-xogħol jistgħu jiġu u jesploraw il-possibbiltajiet biex jaħdmu barra pajjiżhom.

Fil-fieri tal-impjiegi, in-negozji jistgħu jagħmlu intervisti biex isibu applikanti bil-kwalifiki adatti. Dawk li qed ifittxu x-xogħol għandhom iċ-ċans li sseħħ il-ħolma tagħhom fil-post dak il-ħin stess.

Barra minn hekk, jeżistu konferenzi u sessjonijiet ta' informazzjoni organizzati b'kooperazzjoni ma' EURES, in-netwerk Ewropew għas-servizzi ta' impiegi pubbliċi b'aktar minn 750 konsulent biex jgħinu lil dawk li jħaddmu u lil dawk li qed ifittxu x-xogħol.

L-avveniment prinċipali hu l-Jum Ewropew tal-Impjiegi EnglishfrançaisNederlands fi Brussell, imtella' mill-Kummissjoni Ewropea s-Sibt, 2 ta' Ottubru, mill-10 p.m. sal-5 p.m. fil-bini ta' Berlaymont. Se jkunu preżenti b'firxa ta' impjiegi x'joffru madwar 40 persuna li jħaddmu.

L-applikanti potenzjali ta' impjieg jistgħu jattendu wkoll konferenzi u gruppi ta' ħidma, fejn jistgħu jakkwistaw informazzjoni u pariri dwar kif ifittxu u japplikaw għall-impjiegi f'pajjiżi Ewropej oħra.

Kull min hu interessat jista' jirreġistra onlajn. Id-dħul hu bla ħlas. Kulma trid tagħmel hu li ġġib miegħek 10 kopji tas-CV tiegħek.

Aktar dwar il-politika Ewropea tal-impjiegi

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli