Mogħdija tan-navigazzjoni

It-triq twila għall-ugwaljanza bejn is-sessi - l-imbottatura 'l quddiem li jmiss - 21/09/2010

Tipi differenti ta' ħaddiema: Xeff, negozjanta, mekkanik, tabiba, eċċ. © EU

Pjan ġdid propost qed jiffoka sabiex tingħalaq id-differenza u jinfetħu l-kmamar tad-diretturi għal aktar nisa. It-taqbida kontra l-vjolenza domestika hi wkoll prijorità ewlenija.

Minkejja l-progress li seħħ fis-snin reċenti lejn l-ugwaljanza, in-nisa, bħala medja, xorta għadhom jaqalgħu 18% anqas mill-irġiel fl-UE. Mhumiex irrappreżentati biżżejjed fil-karigi għoljin fejn jittieħdu d-deċiżjonijiet u aktar għandhom iċ-ċans li jkunu l-vittma tal-vjolenza domestika.

Apparti li hi dritt fundamentali, l-ugwaljanza bejn is-sessi hi kruċjali wkoll għall-iżvilupp u l-kompetittività tal-UE. Aktar nisa fis-suq tal-impjiegi għandu jgħin lill-UE tilħaq il-mira ta' 75% tagħha sal-2020.

"Biex il-mutur tal-iżvilupp jibda jaħdem mill-ġdid, l-Ewropa jinħtiġilha tagħmel użu aħjar mit-talenti tan-nisa, inklużi l-karigi għolja," qalet il-Kummissarju għall-ġustizzja, Viviane Reding.

L-istrateġija għal ħames snin dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi qed tipproponi kwota għal kmamar tad-diretturi u miżuri oħrajn biex aktar nisa jingħatawlhom karigi għolja fil-ġestjoni. Il-pjan għandu l-għan ukoll li jiżdied l-għadd ta' nisa b'mod ġenerali fil-kummerċ u f'impjiegi għal rashom u biex jitwaqqaf avveniment annwali li jqajjem għarfien, "Jum Ewropew għall-pagi ndaqs". Ta' kull sena l-UE se tistieden lill dawk li jħaddmu, lit-trejdjunjins u l-partijiet interessati l-oħra għal djalogu dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi, biex jiġi vvalutat il-progress.

L-UE qed wkoll tippjana azzjoni biex tiġġieled il-vjolenza domestika - b'appoġġ pubbliku Englishfrançais sħiħ.

L-istrateġija se tħares ukoll lejn l-oqsma fejn l-irġiel attwalment jinsabu fi żvantaġġ, b'miżuri ħalli jingħata aċċess ta' lif għal ġenituri lill-missirijiet u biex titnaqqas ir-rata tas-subjien li jitilqu mill-iskola qabel iż-żmien.

Il-Karta tan-Nisa

Aktar tagħrif dwar l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fl-UE

Ewropa 2020 strateġija DeutschEnglishfrançais

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli