Mogħdija tan-navigazzjoni

L-UE tniedi dibattitu dwar il-ġejjieni tal-pensjonijiet - 07/07/2010

Is-sistemi tal-pensjonijiet huma magħfusin minn popolazzjoni li qed tixjiħ u l-kriżi ekonomika. Rapport ġdid tal-UE jippreżenta għażliet ta' politika u jitlob għar-reazzjonijiet.

Attwalment fl-UE hemm erba' persuni tal-età tax-xogħol (15-64) għal kull persuna ta' 65 jew aktar. Sal-2060, se jkun hemm biss tnejn. Għall-gvernijiet tal-UE, il-fatt li l-popolazzjoni tal-età tax-xogħol qed tonqos jippreżenta sfida doppja: inqas dħul għall-pensjonijiet pubbliċi u aktar nies irtirati.

Il-kriżi ekonomika kompliet żiedet il-pressjoni għax għafset il-finanzi pubbliċi u baxxiet il-valur ta' bosta fondi privati tal-irtirar. 73% mill-Ewropew issa jistennew li jieħdu pensjonijiet aktar baxxi, li jaħdmu aktar fit-tul jew li jkollhom ifaddlu aktar. 54% huma inkwetati li se jkunu foqra fi xjuħithom.

F'dokument maħruġ illum, il-Kummissjoni tesplora l-possibilitajiet għall-iżgurar tas-sistemi tal-pensjoni. Il-proposti jinkludu li n-nies jitħeġġu jibqgħu fis-suq tax-xogħol u japprofittaw mill-opportunitajiet ta' xogħol f'pajjiżi oħra tal-UE; il-ftuħ tas-suq Ewropew għal aktar tipi ta' pjanijiet tal-pensjoni u li n-nies tiġi megħjuna tagħmel għażliet aktar intelliġenti dwar id-dħul wara li tirtira.

Il-pubbliku huwa mistieden jikkummenta dwar il-kwistjonijiet imsemmija fid-dokument. Id-data ta' skadenza għar-risposti hija l-15 ta' Novembru.

Aktar dwar il-ġejjieni tal-pensjonijiet fl-UE

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli