Mogħdija tan-navigazzjoni

Nies Roma jipparteċipaw fi klassi ta' edukazzjoni avvanzata ©EU

Pajjiżi Ewropej jitolbu għal aktar użu tal-fondi tal-UE disponibbli biex jgħinu l-integrazzjoni soċjali tan-nies Roma.

L-għadd ta' nies Roma li jgħixu fl-UE żdied ferm wara li bosta pajjiżi mil-Lvant issieħbu mal-Unjoni-2004 u l-2007. Illum, huwa stmat li hemm bejn 10 u 12-il miljun ruħ li jgħixu f'komunitajiet Roma. Dan jagħmel ir-Roma l-akbar minorità etnika fl-Unjoni Ewropea.

Il-parti l-kbira tan-nies Roma jgħixu fil-faqar, fit-truf tas-soċjetà. Għandhom aċċess verament limitat għall-edukazzjoni, xogħol u kura medika - ċirku vizzjuż li huwa diffiċli jinkiser.

Għalhekk, il-Kummissjoni Ewropea waqqfet programm biex tindirizza d-diffikultajiet ewlenin involuti fl-integrazzjoni tan-nies Roma. Hemm fondi tal-UE disponibbli biex jgħinu, u l-pajjiżi tal-UE huma mħeġġa jużawhom aktar.

Il-Fond Soċjali Ewropew, huwa strument importanti, li bi 12-il biljun ewro jsarraf f'madwar 10% tal-baġit tal-UE. Il-fond jipprovdi appoġġ għal proġetti intenzjonati li jtejbu l-koeżjoni soċjali fl-Unjoni.

It-tieni samit Ewropej dwar Roma, li qed isir illum - il-Jum Internazzjonali dwar Roma - u għada f'Cordoba, Spanja huwa opportunità li jitqies il-progress li sar s'issa u li tiġi diskussa l-istrateġija l-ġdida tal-Kummissjoni.

Fil-konferenza qed jipparteċipaw rappreżentanti tal-istituzzjonijiet tal-UE, il-pajjiżi tal-UE u għaqdiet tas-soċjetà ċivili, inklużi gruppi Roma. Mistennija jattendu wkoll id-Direttur tal-Bank Dinji Theodore Ahlers kif ukoll il-bankier tal-investiment u filantropu George Soros.

Fuq l-aġenda hemm ukoll l-implimentazzjoni fil-pajjiżi l-membri, tar-regoli tal-UE kontra d-diskriminazzjoni u r-razziżmu. Il-Kummissjoni ħadet "hadet" ngħidu?azzjoni legali kontra 24 pajjiż tal-UE li għadhom ma ssodisfawx l-obbligi tagħhom f'dan ir-rispett. Fi 12-il każ, il-proċedimenti għadhom għaddejjin.

Stħarriġ li għamlet l-Aġenzija tal-EU għad-Drittijiet Fundamentali English fl-2009, wera kemm verament huma importanti r-regoli ta' dan it-tip.

L-UE u Roma

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli