Mogħdija tan-navigazzjoni

Konferenza li turi l-proġetti ffinanzjati mill-UE biex jittejjeb l-għajxien tar-Roma.

Spanja għandha waħda mill-akbar komunitajiet ta' Roma fl-UE, li tammonta għal 700,000 u li, bħall-bnadi oħra fl-Ewropa, qed issofri diskriminazzjoni persistenti u livelli għoljin ta' faqar u qgħad.

Fl-2000, l-UE kkofinanzjat il-proġett Acceder (Aċċess) biex jiġu megħjuna persuni bla impjieg fi Spanja ħalli jinstabilhom xogħol billi jadattaw għal taħriġ vokazzjonali skont il-ħtiġijiet tas-sidien li jimpjegawhom. Sa Ġunju 2009, kważi 34,000 persuna, fil-parti l-kbira tagħhom Roma, sabu xogħol permezz tal-programm.

L-eżempju Spanjol kien wieħed minn 30 proġett li dehru f'konferenza organizzata mill-UE българскиčeštinaDeutschEnglishespañolfrançaisitalianomagyarportuguêsRomânaslovenčina li wriet l-isforzi b'suċċess għall-għajnuna tar-Roma. Kienu preżenti 500 persuna inklużi dawk li ħadu d-deċiżjonijiet f'diversi livelli ta' tmexxija. L-għan tagħhom kien li jiġu identifikati l-aħjar prattiki fi proġetti relatati mar-Roma ffinanzjati mill-UE u biex jinsabu modi biex dan it-tagħrif jinqasam ma' skejjel, NGOs u kumpaniji.

Madwar 10-12-il miljun Roma jgħixu mal-UE kollha. Dan jagħmilhom waħda mill-akbar minoranzi etniċi fl-Ewropa. Il-parti l-kbira tagħhom jgħixu f'faqar miżerabbli fit-trufijiet tas-soċjetà, mingħajr aċċess għal impjiegi, edukazzjoni jew kura tas-saħħa.

L-UE ilha tagħti għajnuna lill-pajjiżi membri fl-isforzi tagħhom biex jistabbilixxu politiki effettivi dwar ir-Roma. Il-konferenza dwar ir-Roma kienet organizzata bħala parti mis-sena Ewropea biex jitneħħew il-faqar u l-esklużjoni soċjali. Ir-riżultati se jiġu diskussi waqt it-tieni samit dwar ir-Roma tal-UE f'April.

Għajnuna mill-UE lir-Roma

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli