Mogħdija tan-navigazzjoni

L-istess paga għan-nisa - dan għadu mhux il-każ - 05/03/2010

Ugwaljanza bejn l-Irġiel u n-Nisa

Il-Kummissjoni qed iżżid l-isforzi biex titnaqqas id-differenza bejn il-pagi.

In-nisa fl-UE jaqalgħu medja ta' 18% anqas mill-irġiel - differenza li bil-kemm kemm ċkienet matul dawn l-aħħar 15-il sena u li f'ċerti pajjiżi saħansitra kompliet tiżdied.

In-nuqas ta' qbil kontinwu dwar il-paga mhux biss mhux ġust għan-nisa, iżda qed jagħmilha aktar diffiċli għat-tkabbir tal-ekonomija, qalet Viviane Reding DeutschEnglishfrançais, il-Kummissarju l-ġdid għall-ġustizzja u d-drittijiet fundamentali. Minħabba popolazzjoni li qed tixjieħ, l-UE tinħtieġ lin-nisa biex testendi ir-riżorsi ta' ħaddiema tagħha.

"Fi żminijiet ta' kriżi, id-differenza fil-paga bejn is-sessi hu prezz li l-Ewropa ma tistax tħallas," kompliet tgħid, fejn issieħbet mal-President Barroso waqt konferenza tal-aħbarijiet li saret qabel il-jum internazzjonali tan-nisa fit-8 ta' Marzu.

Hi wegħdet li tqajjem għarfien fost is-sidien tal-ħaddiema, li tippromwovi l-ugwaljanza bejn is-sessi fil-post tax-xogħol u li tappoġġa l-iżvilupp ta' għodda biex tiġi kkalkulata d-differenza. Hi qalet li s-sidien tal-ħaddiema jistgħu jiffaċċjaw miżuri punittivi eħrex.

Is-Sur Barroso qal li n-nisa se jkunu prijorità għolja matul it-tieni mandat tiegħu, fejn il-politiki kollha ta' matul il-ħames snin li ġejjin se jikkunsidraw il-kwistjonijiet li jikkonċernaw is-sessi. Hu stabbilixxa ħames oqsma prinċipali li fihom se tittieħed azzjoni, inklużi s-swieq tax-xogħol, is-sehem fit-tfassil tad-deċiżjonijiet, il-vjolenza marbuta mas-sessi u r-relazzjonijiet esterni. Din l-"Istqarrija miktuba għad-drittijiet tan-nisa" għandha sservi ta' bażi għall-strateġija ġdid mill-UE li se tiġi introdotta aktar tard din is-sena.

Stħarriġ tal-UE pdf - 2 MB [2 MB] English (en) ġdid juri li 80% tal-Ewropej huma tal-fehma li tinħtieġ azzjoni urġenti biex tiġi indirizzata din id-differenza, li tirreferi għad-differenza medja ta' ħlas fis-siegħa bejn in-nisa u l-irġiel fl-ekonomija kollha b'mod transversali. F'termini ta' flus fl-idejn, mara titħallas 82 ċenteżmu għal kull ewro li jitħallas raġel.

Billi l-miżura tvarja minn pajjiż għall-ieħor, din hi affettwata minn sistemi differenti ta' xogħol għall-irġiel u n-nisa, bħall-proporzjonijiet f'karigi differenti, it-tul ta' żmien fl-impjiegi u jekk dawn għandhomx impjieg sħiħ jew parzjali.

Hu ma jindikax neċessarjament id-differenzi fir-rati tal-pagi għall-impjiegi komparabbli. U fil-fatt, studji tal-UE juru li d-diskriminizzazzjoni diretta naqset fis-snin reċenti. Li x'aktarx l-irregolaritajiet fil-pagi huma attribwiti għal taħlita ta' tradizzjonijiet, stereotipi u problemi li jikkonċernaw il-bilanċ tax-xogħol u dak tal-ħajja privata.

L-għadd ta' nisa Ewropej fil-forza tax-xogħol qed jiżdied u kważi 60% tal-gradwati universitarji l-ġodda huma nisa. Iżda huma għandhom anqas pożizzjonijiet ta' responsabbiltà meta mqabbla mal-irġiel u huma kkonċentrati fi professjonijiet li jħallu anqas qligħ ta' flus.

Aktar dwar is-sitwazzjoni bejn in-nisa u l-irġiel fl-UE

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli