Mogħdija tan-navigazzjoni

Mara tqila żżomm it-tarbija tagħha waqt li taħdem bil-kompjuter © EU

L-Ewropej jinsabu pjuttost kuntenti bis-sitwazzjoni personali tagħhom, iżda inqas sodisfatti bil-klima ekonomika u soċjali f'pajjiżhom.

Minn stħarriġ tal-UE ppubblikat illum joħroġ li minkejja s-sitwazzjoni ekonomika diffiċli, l-Ewropej huma ġeneralment sodisfatti b'ħajjithom u ottimisti dwar il-prospetti tagħhom għal medda qasira ta' żmien.

Iżda jaċċenna wkoll li meta jħarsu lejn kif inhu miexi pajjiżhom, ftit li xejn huma kuntenti.

Ġew mistħarrġa kważi 27,000 persuna minn 30 pajjiż - is-27 pajjiż tal-UE kif ukoll il-Kroazja, it-Turkija u l-eks Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja.

L-istħarriġ sar matul tliet ġimgħat f'Mejju u Ġunju, meta l-Ewropa kienet qed titħabat biex toħroġ mill-ikbar reċessjoni f'dawn l-aħħar għexur ta' snin. Ir-riżultati jagħmlu parti mir-rapport tal-Kummissjoni dwar ix-xejriet soċjali tal-2009 DeutschEnglishfrançais fl-Ewropa.

Dawk li wieġbu ntalbu jikkunsidraw il-benessri tagħhom f'termini ta' fatturi bħax-xogħol, fejn jgħixu u s-salarji tagħhom.

Il-livell ta' kuntentizza jvarja ferm minn pajjiż għall-ieħor. Joħroġ ċar li n-Nordiċi u dawk li jgħixu fil-Punent huma iktar kuntenti bis-sitwazzjoni tagħhom u iktar ottimisti dwar il-futur minn dawk li jgħixu fin-Nofsinhar u fil-Lvant.

L-ogħla livelli ta' sodisfazzjoni personali ġew irrappurtati fid-Danimarka, bi 8 punti fuq skala ta' -10 sa 10. L-Isvezja, il-Pajjiżi l-Baxxi u l-Finlandja kellhom punteġġ għoli wkoll. Il-Bulgarija ġiet l-aħħar b'-1.9, u l-atmosfera fl-Ungerija, il-Greċja u r-Rumanija kienet imdallma wkoll.

Vladimir Špidla, il-kummissarju għall-affarijiet soċjali, sejjaħ ir-riżultati "ta' faraġ". "Minkejja s-sitwazzjoni ekonomika diffiċli, ħafna Ewropej huma sodisfatti bil-ħajja taghħom."

Dawk li wieġbu evalwaw ukoll il-kundizzjonijiet f'pajjiżhom, inkluża l-ekonomija, is-suq tax-xogħol, l-ispejjeż ta' kuljum, l-akkomodazzjoni u l-amministrazzjoni pubblika. B'kuntrast mal-livelli għoljin ta' sodisfazzjoni għall-benessri personali, l-istħarriġ juri skuntentizza ġenerali. L-Ewropej mhux biss iħossu li s-sitwazzjoni ddeterjorat f'dawn l-aħħar ħames snin iżda qed jistennew li se tmur għall-agħar.

L-Ewropej ġew mistoqsija wkoll biex jaqsmu fehemthom dwar politiki soċjali ewlenin bħall-pensjonijiet u l-benefiċċji għall-qgħad. Hawnhekk ukoll ir-riżultati kienu negattivi u l-prospetti skoraġġanti, b'eċċezzjoni waħda. L-Ewropej huma b'mod ġenerali sodisfatti bil-kura tas-saħħa.

 

Stħarriġ speċjali tal-Eurobarometer dwar is-sitwazzjoni soċjali English (en) français (fr)

Rapport dwar is-sitwazzjoni soċjali fl-2009 DeutschEnglishfrançais

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli