Mogħdija tan-navigazzjoni

Fil-qasam tax-xogħol - 13/01/2010

Mara żagħżugħa qed taqra l-avviżi għal xogħol fuq il-gazzetta ©UE

Kemm huma ppreparati tajjeb il-kumpaniji Ewropej biex jilħqu l-isfidi tal-kompetizzjoni globali u r-reċessjoni reċenti? L-Istħarriġ dwar il-Kumpaniji Ewropej 2009 jipprovdi xi ħjiel dwar dan.

Eurofound English , aġenzija tar-riċerka Ewropea bbażata f'Dublinu, għamlet stħarriġ ma' 27,000 kumpanija fis-setturi pubbliċi u privati madwar is-27 pajjiż tal-UE kif ukoll fil-Kroazja, it-Turkija u l-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja.

Ir-riżultati ewlenin mhux se joħorġu qabel Marzu. Iżda l-ewwel sejbiet juru li ħafna kumpaniji jużaw politiki ta' reklutaġġ, ħlas/salarji ta' xogħol li huma flessibli - jiġifieri li jkabbru l-abilità tagħhom li jirrispondu għat-tibdil fil-klima tan-negozju. Il-flessibilità tas-suq hija element essenzjali fl-istrateġija tal-UE biex l-Ewropa ssir aktar dinamika u kompetittiva.

Madwar tnejn minn kull tliet kumpaniji jużaw il-freelancers jew forom oħra ta' għajnuna temporanja, u aktar minn nofshom jimpjegaw tal-anqas persuna waħda b'kuntratt għal żmien speċifikat.

Ix-xogħol part-time ukoll żdied. Żewġ terzi tal-kumpaniji mistoqsija joffru xogħol part-time iżda ħaddiema part-time f'karigi għolja għadhom mhux komuni.

Ħarira aktar minn terz ta' dawk li jimpjegaw joffru paga skont ix-xogħol, filwaqt li 14% biss mill-kumpaniji privati għandhom skemi fejn il-profitt jinqasam.

Il-flessibilità tista' taħdem kemm tajjeb kif ukoll ħażin. Madwar 56% tal-kumpaniji Ewropej issa jħallu lill-ħaddiema jvarjaw is-siegħat tax-xogħol skont l-iskeda personali ta' ħajjithom. Ħames snin ilu din iċ-ċifra kienet ta' 48%.

L-istħarriġ sar fir-Rebbiegħa tal-2009, meta r-reċessjoni bdiet tolqot is-suq tax-xogħol. Il-kumpaniji rrapurtaw klima tax-xogħol imxekkla f'bosta pajjiżi.

Stħarriġ 2009 dwar il-Kumpaniji Ewropej - ħarsa lejn ir-riżultati English

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli