Mogħdija tan-navigazzjoni

Ngħinu l-foqra fl-Ewropa stess - 31/12/2009

Sena Ewropea biex niġġieldu kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali © EC

2010 – Sena Ewropea biex niġġieldu kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali.

Għaxar snin ilu, il-mexxejja Ewropej wiegħdu li jtemmu l-faqar fl-UE sal-2010. Din id-data riesqa iżda l-għan għadu ftit il-bogħod.

Il-problema tal-faqar mhijiex realtà fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw biss imma f'soċjetajiet Ewropej ukoll. Il-kwistjoni kumplessa tal-faqar teskludi li persuni jgħixu t-tip ta' ħajja li bosta minna jqisu bħala normali. Ħafna drabi l-faqar ikun kaġun ta' nuqqasijiet differenti bħal edukazzjoni ħażina, dipendenza u trobbija b'aċċess limitat għal riżorsi kulturali, soċjali u materjali.

Fl-UE, in-nies jiġu definiti bħala foqra jekk id-dħul tagħhom ikun inqas minn 60% tal-paga medja fil-pajjiż fejn jgħixu. Skont din id-definizzjoni, kważi 80 miljun Ewropew - aktar minn 15% tal-popolazzjoni - qed jgħixu fil-linja tal-faqar jew taħtha. Ewropew f'kull 10 jgħix f'dar fejn ħadd ma jaħdem, u għal 8% tal-Ewropej, impjieg wieħed mhux biżżejjed biex joħorġu mill-faqar.

Iżda hemm tama. Wieħed mill-valuri ewlenin tal-Ewropa huwa s-solidarjetà. B'hekk, l-UE ddikjarat l-2010 bħala s-sena fejn niġġieldu kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali. Fost il-bosta inizjattivi u attivitajiet li hemm ippjanati, se jkun hemm laqgħa li tgħaqqad lin-nies li jgħixu fil-faqar madwar l-Ewropa (f'Mejju) u taħdita (f'Ottubru). Apparti minn hekk, kull pajjiż tal-UE se jkollu l-programm tiegħu nnifsu - maħluq biex jindirizza problemi speċifiċi.

Li ntemmu l-faqar kien wieħed mill-għanijiet prinċipali tal-pjan dwar it-tkabbir u l-impjiegi English , (l-istrateġija ta' Liżbona), adottat mill-pajjiżi membri fis-sena 2000. Wieħed jispera li l-kampanja tas-sena Ewropea tkun l-ispinta meħtieġ biex il-ġlieda kontra l-faqar tibqa' prijorità u dawn l-ambizzjonijiet isiru realtà.

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli