Mogħdija tan-navigazzjoni

16% tal-Ewropej jirrappurtaw li esperjenzaw diskriminazzjoni - 10/11/2009

Ħaddied f'siġġu tar-roti © EC

Ix-xjuħija hija problema dejjem tikber - hekk jaħsbu l-parti l-kbira tal-Ewropej.

Ir-reċessjoni żiedet l-opinjoni tal-Ewropej li l-età tista' tkun ta' żvantaġġ fis-suq tax-xogħol, skont l-iktar stħarriġ tal-UE reċenti dwar id-diskriminazzjoni.

Madwar 58% tal-Ewropej issa jaraw id-diskriminazzjoni marbuta mal-età problema kbira f'pajjiżhom, meta mqabbla mat-42% ta' sena ilu. Proporzjon ikbar – 64% – iħossu li l-ħaddiema Ewropej se jkollhom jiffaċċaw iktar minn din it-tip ta' diskriminazzjoni wara l-kriżi.

Madankollu, l-istħarriġ ma ppruvax jiddetermina jekk il-vittmi ta' din id-disriminazzjoni kienux ix-xjuħ wisq jew iż-żgħar wisq. Jissuġġerixxi tendenza 'l isfel fl-opinjoni pubblika li tirrifletti r-rati għoljin ta' qagħad fost iż-żgħażagħ imma wkoll tinnota li dawk ta' fuq l-40 jilmentaw iktar dwar id-diskriminazzjoni tal-età.

L-istħarriġ Englishfrançais sar fuq medda ta' ġimagħtejn bejn Mejju u Ġunju. Kien hemm kważi 27,000 ruħ li wieġbu minn 27 pajjiż tal-UE u 3 membri potenzjali - il-Kroazja, l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u t-Turkija. Kellhom jikkunsidraw sitt forom ta' diskriminazzjoni: etniċità, sess, età, diżabilità, orjentazzjoni sesswali u reliġjon.

Ġiet osservata l-istess tendenza fl-opinjoni pubblika għad-diskriminazzjoni fuq nies b'diżabilitajiet. Fi stħarriġ simili s-sena l-oħra, il-maġġoranza ta' dawk li rrispondew ikkunsidraw din il-forma ta' diskriminazzji bħala waħda rari. Issa l-maġġoranza jqisu din il-problema mifruxa sew - u x'aktarx se ssir agħar peress li r-rati ta' nies qegħda għadhom qed jiżdiedu.

Iżda l-proporzjon ta' nies li rrappurtaw li huma esperjenzaw personalment xi tip ta' trattament inġust tul din is-sena - tkun xi tkun ir-raġuni - kienet stabbli f'16%.

Dan kien minnu wkoll meta d-diskriminazzjoni ġiet miġbura skont it-tip. Per eżempju, l-esperjenza personali ta' diskriminazzjoni minħabba età jew sess ma żdiditx.

Id-diskriminazzjoni kontra gruppi etniċi għadha tinħass bħala l-ikbar problema, b'61% li qalu li hija komuni f'pajjiżhom, bejn wieħed u ieħor l-istess bħas-sena l-oħra. Imma issa hija segwita mill-qrib mill-età (58%).

Ir-riżultati tal-istħarriġ mistennija jkunu diskussi waqt samit Ewropew dwar l-ugwaljanza fi Stockkolma l-ġimgħa d-dieħla.

L-UE bdiet iżżomm amment tal-opinjoni pubblika dwar id-diskriminazzjoni fl-2006 bħala parti minn kampanja biex il-poplu jsir iktar konxju ta' drittijietu. L-aħħar stħarriġ li sar skopra li wieħed f'kull tliet Ewropej biss jafu d-drittijiet li għandhom f'dan il-qasam.

Iktar dwar x'isir kontra d-diskriminazzjoni fl-UE

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli

  • EUROPA
  • Kamra tal-aħbarijietDeutschEnglishfrançais