Mogħdija tan-navigazzjoni

Mikrofinanzjament għad-diżokkupati tal-Ewropa - 03/07/2009

Raġel bil-ġlekk u l-ingravata jfittex ix-xogħol ©EC

L-UE tipproponi faċilità ta' mikrofinanzjament biex tħeġġeġ lil dawk bla xogħol jiftħu negozju.

Meta l-ekonomisti jitkellmu dwar il-mikrofinanzi, normalment ikunu qed jirreferu għas-self ċkejken li jintuża biex jgħin lin-nies f'pajjiżi foqra jibdew negozju.

Iżda f'nofs l-agħar reċessjoni f'għexieren sħaħ ta' snin, il-mikrofinanzjament qed isir attrajenti saħansitra f'ekonomiji setagħna.

Il-Kummissjoni qed tipproponi mikrofinanzjament English biex tipprovdi lin-nies li tilfu xogħolhom b'dejn żgħir li jippermettilhom jiftħu negozju u biex jgħin kumpaniji li diġà jeżistu jespandu. Il-proposta hija spjegata fil-pjan ta' azzjoni dwar ix-xogħol English.

Is-self ikun imfassal speċifikament għal negozji li jimpjegaw inqas minn 10 min-nies. Dan jinkludi aktar minn 90% mill-kumpaniji tal-UE. Ikunu eleġibbli għal massimu ta' €25,000 kull wieħed.

Minħabba l-kriżi finanzjarja, il-kreditu nixef u miljuni tilfu xogħolhom. L-ekonomija tal-UE mistennija tnaqqas 3.5m impjieg din is-sena.

"Nixtiequ noffru bidu ġdid lil dawk bla impjieg permezz ta' aċċess aktar faċli għal kreditu biex iwaqqfu jew jiżviluppaw negozju ġdid," qal il-Kummissarju tal-impjieg Vladimír Špidla. "U nixtiequ ngħinu lin-negozji ż-żgħar jiżviluppaw aktar malgrad il-kriżi."

Madwar €100m f'fondi attwali tal-UE jkollhom jiġu allokati mill-ġdid għal din l-iskema. Bl-għajnuna ta' istituzzjonijiet finanzjarji oħra bħall-Bank tal-Investiment Ewropew, iċ-ċifra inizjali tista' tiġġenera aktar minn €500m.

Iż-żgħażagħ li jixtiequ jibdew jew jiżviluppaw negozju żgħir għandhom jibbenefikaw minn għajnuna finanzjarja, taħriġ u mentoring fl-ippjanar ta' negozju ġdid.

Jekk jiġi approvat mill-mexxejja u l-fassala tal-liġi tal-UE, il-mikrofinanzjament jista' jsir disponibbli mis-sena d-dieħla.

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli