Mogħdija tan-navigazzjoni

Studju tal-UE jwissi li r-riċessjoni jaf tolqot lin-nisa agħar mill-irġiel, waqt li jenfasizza d-differenzi bejn is-sessi fis-suq tax-xogħol Ewropew.

Anke fi żminijiet tajbin, il-qgħad u l-faqar huma iktar komuni fost in-nisa milli fost l-irġiel. Parti mir-raġuni hi li ħafna nisa - madwar terz - jaħdmu part-time, fuq kuntratti temporanji, b'tali mod li ma jkollhomx impjieg fiss. U ftit huma dawk in-nisa b'pożizzjonijiet ta' responsabbiltà meta mqabbla mal-irġiel u huma kkonċentrati fi professjonijiet li jġibu inqas flus.

"Ir-riċessjoni ekonomika x'aktarx li taffettwa lin-nisa iktar mill-irġiel, għax in-nisa ħafna drabi jkollhom impjiegi prekarji," jgħid ir-rapport.

Din il-ġimgħa l-Kummissjoni organizzat konferenza English dwar kif il-kriżi qed tolqot lin-nisa.

Matul l-aħħar għaxar snin l-UE għamlet passi ta' ġgant billi adottat leġiżlazzjoni dwar it-trattament ugwali u introduċiet miżuri li jmexxu n-nisa 'l quddiem. Iżda d-diskriminazzjoni fuq il-post tax-xogħol għadha tippersisti.

U n-nisa għadhom jerfgħu iktar responsabbiltà għat-tfal mill-irġiel u ħafna drabi jnaqqsu mix-xogħol jew jieqfu jaħdmu la jsiru ommijiet. L-UE pproponiet ukoll tibdiliet fil-liġijiet eżistenti biex tgħin lill-ġenituri jibbilanċjaw il-ħajja tax-xogħol u l-ħajja tal-familja.

L-ekonomija tilfet iktar minn 4 miljun impjieg minn April 2008. Fil-bidu, industriji bi predominanza maskili - bħall-finanzi, il-kostruzzjoni u l-manifattura - ħadu daqqa ta' ħarta... Iżda l-qgħad infirex lilhinn minn dawn is-setturi.

Fis-settur tas-servizzi, li jirrappreżenta żewġ terzi tal-impjiegi fl-ekonomija Ewropea, l-impjiegi naqsu wkoll. . In-nisa jirrappreżentaw madwar nofs il-persuni li jaħdmu fis-servizzi, inkluż iktar minn 60% fin-negozju tal-bejgħ bl-imnut. Fil-Ġermanja, eluf ta' nisa qed jibżgħu li jitilfu l-impjieg tagħhom wara li Arcandor, is-sid tal-katina ta' kumplessi kummerċjali Karstad, iddikjara li kien fallut.

Għalissa, ir-riċessjoni dawret id-distakk storika bejn l-irġiel u n-nisa, bir-rata tal-qgħad fost l-irġiel li qed taqbeż ir-rata tan-nisa għall-ewwel darba. Iżda r-rata ta' nisa qiegħda (8.5 f'April 2009) ftit li xejn hi differenti minn dik tal-irġiel (8.6%). Fiż-żona ewro, ir-rata hi ogħla fost in-nisa (9.4%) milli fost l-irġiel (8.9%).

Ir- rapport jisħaq ukoll fuq id-differenzi fil-paga. In-nisa fl-UE jaqilgħu fil-medja 17.4% inqas mill-irġiel għal kull siegħa xogħol. Madankollu, in-numru fil-forza tax-xogħol qed jogħla u 59% tal-gradwati ġodda mill-università huma nisa.

 

Aktar tagħrif dwar l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fl-UE

Kampanja dwar id-differenza fil-pagi bejn l-irġiel u n-nisa

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli