Mogħdija tan-navigazzjoni

L-UE tħares 'il quddiem lejn l-istrateġija tal-impjiegi - 03/06/2009

Żagħżugħ qed jaħdem fuq kompjuter ©EU

Il-Kummissjoni qed tipproponi li tillibera minnufih €19bn f'fondi merfuha biex tegħleb il-qgħad filwaqt li r-reċessjoni tagħmel tagħha.

Il-proposta fi pjan ta' azzjoni għall-impjiegi li ssejjaħ ukoll għal €500m f'mikrokreditu - self ċkejken - għal min ikun se jibda u għal aktar apprendistati għaż-żgħażagħ. Il-mexxejja tal-UE mistennija jqisu l-pjan fil-laqgħa tagħhom aktar tard f'Ġunju.

Id-€19bn jittieħdu mill-fond soċjali, il-programm tal-UE, li jappoġġa l-impjiegi u jnaqqas id-differenzi fil-livelli ta' għajxien. Għall-perjodu 2007-13, l-UE impenjat €77bn għal dan il-fond - madwar 10% tal-baġit totali tagħha. Biż-żieda fil-qgħad, il-Kummissjoni trid tħaffef il-finanzjament biex tgħin lil dawk milquta mir-reċessjoni. Qed tipproponi wkoll li jitneħħa s-soltu rekwiżit li l-pajjiżi tal-UE joħroġu parti mill-fondi.

Il-pagamenti bil-quddiem jintużaw biex jerġgħu jħarrġu lill-ħaddiema, jgħinuhom ifittxu xogħol jew jibdew negozju. Il-gvernijiet jistgħu jużaw il-flus biex jikkumpensaw lill-ħaddiema tal-pagi li jitilfu meta jkollhom jaħdmu inqas minħabba li jidħlu inqas ordnijiet. Ħafna pajjiżi tal-UE jissussidjaw din is-soluzzjoni biex b'hekk iżommu mijiet ta' eluf ta' ħaddiema jaħdmu fi żmien xott.

Bl-għajnuna tal-Bank Ewropew għall-Investiment, il-Kummissjoni qed tipproponi wkoll li twaqqaf programm ta' €500m li jipprovdi self ċkejken Deutsch (de) English (en) français (fr) għal dawk li jixtiequ jibdew negozju. Madwar €100m f'fondi eżistenti tal-UE jiddawru fuq il-faċilità l-ġdida ta' mikrokreditu.

Biex tgħin liż-żgħażagħ jidħlu fis-suq tax-xogħol, il-Kummissjoni qed titlob ukoll impenn madwar l-Unjoni kollha biex il-kumpaniji jimpjegaw 5 miljun apprendist ġdid. Il-qgħad fost l-Ewropej taħt il-25 sena tela' għal 17% - aktar mid-doppju tar-rata ġenerali.

Il-pjan jitlob għajnuna minnufih filwaqt li jagħraf li aktar ma wieħed idum ma jaħdem, aktar isibha bi tqila biex isib impjieg. Id-diżokkupati għandhom isibu taħriġ jew xogħol ieħor fi tliet xhur - xahrejn jekk ikunu taħt il-25 u xahar jekk taħt l-20.

L-UE qed tħabbat wiċċha mal-agħar reċessjoni f'għexieren ta' snin. L-isforzi monetarji u fiskali mistennija jibdew jinħassu s-sena d-dieħla - wara li l-ekonomija titlef madwar 8.5 miljun impjieg. Sat-tmiem tal-2010, il-qgħad fiż-żona ewro jidher li għandu jiżdied għal 11.5%. L-ogħla livell miż-żmien tat-Tieni Gwerra Dinjija.

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli