Mogħdija tan-navigazzjoni

Prijorità għolja tal-UE: insalvaw l-impjiegi - 07/05/2009

L-UE tħejji samit speċjali dwar l-impjiegi hekk kif ir-rati tal-qgħad joqorbu dawk ta' wara l-gwerra.

Is-samit seħħ wara tħassib kbir dwar ir-riperkussjonijiet umani tar-riċessjoni fl-Ewropa. F'Marzu, aktar minn 600,000 tilfu xogħolhom madwar l-UE u matul dawn l-aħħar xhur xi pajjiżi assistew għal protesti soċjali.

Matul id-diskussjonijiet li seħħu llum fi Praga, il-Presidenti Barroso qal li l-Ewropa għandha tagħti l-ogħla prijorità lill-impjiegi. Hu talab għal aktar azzjoni biex jitwaqqaf l-ammont ta' nies qiegħda.

Il-Kummissarju għall-impjiegi Vladimir Špidla enfasizza l-fatt li l-UE għandha tuża l-mezzi kollha disponibbli biex tnaqqas l-impatt tar-riċessjoni fuq il-ħaddiema. Per eżempju, kemm il-Fond Soċjali Ewropew DeutschEnglishfrançais u l- Fond Ewropew għall-Aġġustament tal-Globalizzazzjoni jistgħu jintużaw biex jgħinu lil dawk milquta mill-kriżi.

In-negozji huma mħeġġa jikkunsidraw li jnaqqsu s-sigħat tal-ħaddiema minflok ikeċċuhom mal-ewwel. Mill-banda l-oħra, il-ħaddiema jistgħu jużaw il-ħin żejjed biex jiżviluppaw ħiliet ġodda. Xi kumpaniji diġà qed jużaw din is-sistema, speċjalment fil-Ġermanja.

Barra minn hekk il-kumpaniji għandhom ukoll jaċċettaw aktar apprendistati biex jgħinu liż-żgħażagħ jibnu pedament fis-suq tax-xogħol, speċjalment dawk li qed jiggradwaw mill-iskola sekondarja jew il-kulleġġ. Il-qgħad fost l-Ewropej taħt il-25 sena diġà jinsab 'il fuq minn 17%. Din iċ-ċifra hija d-doppju tar-rata ġenerali u hija mistennija li taqbeż it-30% f'xi pajjiżi tal-UE. L-iskemi ta' taħriġ għandhom jikkonċentraw fuq il-ħiliet u huma l-aktar meħtieġa.

Iż-żieda fl-għajnuna għan-negozji li għadhom kif jibdew tista' tgħin ukoll liż-żgħażagħ u n-nies qiegħda biex jibqgħu produttivi.

It-taħdidiet fi Praga ġew ospitati mill-gvern Ċek li attwalment għandu l-Presidenza tal-UE u inkludew iż-żewġ pajjiżi li jmiss - l-Iżvezja u Spanja. Ħadu sehem ukoll l-impjegaturi u l-junjins. Il-Kummissjoni se twassal il-messaġġi prinċipali češtinaEnglishfrançais fil-laqgħa ta' Ġunju mal-mexxejja tal-UE.

Hekk kif l-ekonomija tkompli tinxtorob, il-qgħad madwar is-27 pajjiż tal-UE laħaq 8.3% f'Marzu. Dan ifisser li kien hemm żieda hekk kif fi Frar ir-rata kienet ta' 8.1%. Issa hemm aktar minn 20 miljun persuna qiegħda, 4 miljuni aktar mis-sena l-oħra. Fiż-żona ewro, il-qgħad żdied minn 8.7% għal 8.9%.

U l-agħar għadu ġej. Sat-tmiem tal-2010, il-qgħad fiż-żona ewro jidher li għandu jiżdied għal 11.5%. L-ogħla livell miż-żmien tat-Tieni Gwerra Dinjija.

Il-President qal "ma nistgħux inwaqqqfu din il-kriżi milli tikkawża l-qgħad". "Iżda jekk naġixxu issa nistgħu nnaqqsu t-telf tal-impjiegi u ngħinu miljuni ta' nies biex isibu impjiegi ġodda u aħjar."

 

Aqra aktar dwar kif l-UE titratta l-aspett soċjali tal-kriżi ekonomika

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli