Mogħdija tan-navigazzjoni

Kemm hi sigura l-pensjoni tiegħek? - 09/03/2009

Koppja anzjana ħdejn il-baħar ©EC

Il-kriżi finanzjarja tista' twallal lill-pajjiżi tal-UE jibdlu s-sistema tal-pensjoni tagħhom. Iżda bosta Ewropej li qed jirtiraw bħalissa ftit li xejn għandhom għalfejn jinkwetaw dwar flushom.

Għalkemm l-ebda skema ta' pensjoni m'hija indipendenti mit-tendenzi tal-ekonomija, is-sistema Ewropea hija relativament b'saħħitha, skont ktiba riċenti tal-UE. Madankollu, il-kriżi ġibdet l-attenzjoni lejn xi aspetti tas-sistemi ta' pensjoni, speċjalment il-pensjonijiet iffinanzjati, li ntlaqtu aktar direttament mill-kriżi.

Filwaqt li tagħraf li n-natura fit-tul tal-iskemi ta' pensjoni tipprovdi ammont ta' ħarsien mit-tendenzi tas-suq, il-ktiba English tħares lejn tipi differenti ta' skemi ta' pensjoni, inklużi l-iskemi pre-finanzjati u dawk fejn tħallas int u għaddej.

Il-fondi tal-pensjoni privati ħadu tisbita tul is-sena li għaddiet. Imma ma tantx jeżistu provi li l-fondi tal-pensjoni investew wisq fit-tip ta' assi tossiċi li kasbru s-sistema bankarja dinjija.

Il-mod kif jintlaqtu dawk li għandhom pjan ta' pensjoni privata jiddependi fuq it-tip ta' skema. Ġeneralment, in-nies bi skemi ta' pensjoni tax-xogħol b'benefiċċju definit għandhom jieħdu l-pensjoni li suppost għax ir-riskju tal-investiment huwa kopert mill-iskema u l-ħlas huwa garantit fil-prinċipju. Iżda jista' jkun li dan jinbidel permezz ta' aġġustamenti fil-fond li jikkompensaw għat-telf.

Skont il-ktiba, wieħed m'għandux jinjora il-possibiltà ta' impatti aktar serji. Qalet li kemm l-UE kif ukoll l-Istati Membri għandhom liġijiet li jipproteġu l-ħaddiema f'każ ta' falliment ta' kumpaniji li jisponsorjaw skemi ta' benefiċċju definit.

Mill-banda l-oħra, l-iskemi ta' kontribuzzjonijiet definiti, jitfgħu r-riskju kompletament fuq l-individwu. Dan minħabba li l-pensjoni li titħallas tiddependi direttament fuq l-andament tal-investimenti fil-fond. Għan-nies li fadlilhom bosta snin ta' xogħol, jista' jkun hemm żmien biżżejjed biex l-investimenti jirkupraw. Saħansitra dawk li qed joqorbu lejn l-irtirar jistgħu jaħarbu l-kriżi - jekk il-pjan tagħhom juża strateġija ta' "lifecycle", li tfittex li tnaqqas ir-riskju meta l-individwu joqrob lejn l-irtirar.

Iżda nies aktar avvanzati fl-età li mgħandhomx pjanijiet bil-lifecycle u li kienu qed jiddependu fuq skemi ta' kontribuzzjoni definita jistgħu jkollhom jgħixu fuq pensjoni iżgħar - jew jaħdmu aktar fit-tul biex ipattu għat-telf.

Però dawn il-każi mhumiex tipiċi. Il-biċċa l-kbira tal-Ewropej li qed jirtiraw illum għadhom marbuta ma skemi pubbliċi fejn tħallas int u għaddej. S'issa il-kriżi finanzjarja għad ma kellhiex impatt kbir fuq dawn. Iżda jekk il-kriżi tkompli għaddejja u l-qgħad ikompli jiżdied, il-gvernijiet jista' jkollhom bżonn jirrevedu l-pjanijiet biex jiżguraw l-istabilità fit-tul.

'Rapport Konġunt dwar il-Ħarsien Soċjali u l-Inklużjoni Soċjali' 2009 DeutschEnglishfrançais

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli